ŻOMM AĠĠORNAT:

Nagħtu importanza ewlenija lill-ilsien Malti u importanza wkoll lill-mira Ewropea ta’ plurilingwimu

Il-Partit Nazzjonalista llum jingħaqad mal-għalliema u mal-istudenti kollha tal-Franibiex jiċċelebra l-Jum Dinji tal-Frankofonija. Kull 20 ta’ Marzu madwar id-dinja, dan il-jum ifakkar fl-importanza tal-Franibħala t-tieni l-aktar lingwa mgħallma fid-dinja.

Illum, ħafna pajjii u organizzazzjonijiet anke Maltin, fosthom l-Alliance Française li hi preenti wkoll f’Malta, l-Għaqda tal-Għalliema tal-Franif’Malta u l-Kamra tal-KummerMaltija–Frania, qed iseddqu l-impenn tagħhom li l-Franiikun mgħallem, mitkellem u gawdut minn aktar Maltin. Aħna l-Maltin għandna rabtiet importanti u tajbin ħafna ma’ Franza bl-impenn tal-partiti politii Maltin kollha.

· Il-Franijgħinna nikkummerjaw prodotti u servizzi mal-ħames l-akbar ekonomija fid-dinja.

  • ·  Il-Franijgħinna nikkomunikaw meta nuru l-aktar pajjili jibed turisti fid-dinja.

  • ·  Jgħinna wkoll nibnu rabtiet siewja mal-komunità Frania mdaqqsa li għandna f’Malta.

· Il-Franiiseddaq il-kummertagħna mad-29 pajjifejn hu l-ilsien uffijali jew mitkellem b’mod mifrux, fosthom il-Belju, l-Ivizzera, il-Lussemburgu u ħafna pajjii tax- xtajta Afrikana tal-Mediterran.

· Il-Franijgħin lill-istudenti u lill-ħaddiema tagħna fil-mobilità billi jkunu jistgħu jgawdu l-ħafna skambji li toffri Franza fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħri.

· Il-Franihu waħda mit-tliet lingwi tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea u għalhekk jinteressa lilna l-Maltin mill-qrib fl-impenn Ewropew tagħna.

· Il-Franihu wkoll il-lingwa tax-xogħol fi Qrati u organizzazzjonijiet internazzjonali li jinteressaw lilna l-Maltin ukoll, fosthom il-Qorti Ewropea tal-ustizzja.

Il-livell avanzat tal-Frani: waqgħa ta’ 60% bejn l-2013 u l-2017

Hu u jifraħ mal-ħafna organizzazzjonijiet li llum qed jiċċelebraw il-Frankofonija, il-Partit Nazzjonalista jinnota b’dispjair li t-tagħlim tal-Franifil-livell avanzat ħa daqqa qawwija ’l isfel fl-aħħar ftit snin.

I-ifri l-aktar rienti ppubblikati mill-unit tal-Matsec juru li l-istudenti li joqogħdu għal- livell avanzat tal-Franinaqsu b’60% bejn l-2013 u l-2017.

· Bejn l-2004 meta dħalna fl-Unjoni Ewropea u l-2013, l-istudenti li għamlu l-eami avanzat tal-Franikienu diedu b’25%.

· Imma minn 128 fl-2013, dawn issa waqgħu bil-qawwi għal 52 biss is-sena l-oħra; waqgħa ta’ aktar min-nofs.

L-Unjoni Ewropea, fil-politika tagħha tal-plurilingwimu, għandha l-mira li l-Ewropej ikunu jifhmu u jitħaddtu sewwa bil-lingwa materna tagħhom u b’ewlingwi oħrajn Ewropej.

Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern u lill-awtoritajiet tal-edukazzjoni biex jindirizzaw il-waqgħa tant qawwija fi ftit snin fl-istudenti li joqogħdu għal-livell avanzat tal-Frani.

Dan biex aktar Maltin igawdu r-rikkezza u l-utilità ta’ din il-lingwa ewlenija fl-Ewropa u fid- dinja.

Clyde Puli

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Iżvilupp Uman u l-Ħiliet għas-Seklu 21

20.03.2018