ŻOMM AĠĠORNAT:

Eluf ta’ nassaba se jispiċċaw ma’ jistgħux jipprattikkaw id-delizzju tagħhom minħabba d-deijonijiet ħżiena tal-Gvern u li minħabba fihom il-Qorti Ewropea tal-ustizzja ddeidiet li twaqqaf l-insib.

Il-wegħdi tal-Gvern lin-nassaba spiċċaw biss wegħdi fiergħa għaliex il-Gvern ma’ ssodisfax il-kundizzjonijiet skont id-Direttiva Ewropea tal-Għasafar, li tippermetti deroga għal numru zgħir ta’ għasafar. Aktar minn hekk b’dak li għamel il-Gvern Laburista fl-2014 u fl-2015 spiċċa biex tellef id-delizzju tal-insib lin-nassaba u tellef kawa bl-ispejjeb’kollox lill-poplu Malti.

Il-Gvern ħoloq sistema b’numru ta’ għasafar għal kull nassab, sistema li saret mingħajr konsultazzjoni. Dan għaliex saret mingħajr pjan fit-tul u mingħajr serjetà għax tinjora kompletament ir-rapporti li saru dwar il-popolazzjoni tal-għasafar. Il-Gvern qal li se kienu se jinqabdu 27,000 għasfur u fl-istess hin ħarelienzji għal 40,000 għasfur.

Dan meta l-Gvern jaf li d-Direttiva Ewropea titlob li jkun hemm monitoraġġ tal-popolazzjoni tal-għasafar sabiex tkun tista’ tidħol fis-seħħ deroga. Minflok għael li jisfida l-Kummissjoni Ewropea u rema’ l-prinipju tal-applikazzjoni tad-deroga.

Issa li ntilfet il-kawza minħabba r-ras iebsa tal-Gvern, il-Partit Nazzjonalista jera’ jappella għal djalogu serju mal-Kummissjoni Ewropea u man-nassaba biex insibu mod kif l-insib ikun possibbli b’mod sostenibbli u li jsir permezz ta’ pjan serju li ma jiksirx il-ħarsien tad- Direttiva Ewropea tal-Għasafar filwaqt li ma jibidx aktar kundanni lejn Malta li minnhom jispiċċa jbati kulħadd.

Jason Azzopardi

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar l-Ambjent, Affarijiet Marittimi u Green Initiatives

Edwin Vassallo

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar is-Self Employed, in-Negozji għar, Koperattivi, l-Biedja u s-Sajd

21.06.2018