ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jistaqsi sakemm il-ustizzja ssir

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Oppoizzjoni se tibqa’ tagħmel il- mistoqsijiet li n-nies qed jistaqsu u li għalihom qed jistennew li jingħataw risposta. Dr Delia qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Parlament wara li The Times of Malta rrappurtat aħbar ta’ konsorzju ta’ urnalisti internazzjonali fejn ie allegat li l-Ministru Chris Cardona ltaqa’ kemm qabel kif ukoll wara mal-aħwa Degiorgio, li jinsabu akkuati bil-qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia.

Adrian Delia staqsa jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat kienx jaf b’din l-allegazzjoni, jekk hux minnu kif allegat li l-Ministru Chris Cardona tkellem mal-aħwa Degiorgio qabel u wara li nqatlet Caruana Galizia. Huwa qal wkoll li n-nies iridu jkunu jafu min kien li ordna l-qtil tal-urnalista.

Dr Delia qal li n-nies iridu jkunu jafu l-verità, jekk hux veru jew le li l-Gvern qed jagħmel minn kollox biex isib min kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, jew inkella hux kollox se jibqa’ għaddej ‘business as usual’.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Oppoizzjoni qed tagħmel il-mistoqsijiet fil-Parlament ida l-Gvern qed jibqa’ sieket. Dr Delia qal ħadd mhu se jwaqqaf lill-Partit Nazzjonalista milli jkompli jagħmel il-mistoqsijiet, li n-nies iridu r-risposti għalihom.

Dr Delia qal li filwaqt li l-Gvern qed idaħħal f’Malta kultura tas-skiet u fejn ħadd ma jieħu r- reponsabbilità, l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jistaqsi sakemm issir il-ustizzja. Dan għaliex ħadd m’għandu jinqatel jew jigi mssikket għax jistaqsi, meta f’Malta hawn il-libertà tal- kelma.

17.04.2018