ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-PN jitlob is-sospensjoni tax-xogħol tal-kamra biex din id-diskussjoni issir

Il-Kap tal-Oppoizzjoni Dr Adrian Delia llejla ressaq talba fil-Kamra tar-Rappreentanti taħt l-Artiklu 13 tal-Ordni Permanenti biex jitressaq l-aġġornament tal-Kamra. Dan sabiex minflok fil-Parlament, issir diskussjoni fuq l-allegazzjoni li kienet ippubblikata fit-Times of Malta, bħala parti mill-konsorzju internazzjonali ta’ 18-il organizzazzjoni tal-midja.

Dr Delia ressaq din it-talba għaliex id-diskussjoni fuq dak li rrappurtat il-midja dwar il- Ministru Chris Cardona hija ta’ importanza pubblika urenti. Din l-allegazzjoni hija waħda serja ħafna u hi konnessa mall-investigazzjoni dwar il-qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia. Ilbieraħ, it-Times velat li l-Ministru Chris Cardona ltaqa’ mal-aħwa Degiorgio, li jinsabu akkuat bil-qtil tal-urnalista Daphne Caruana Galizia, kemm qabel kif ukoll wara l- qtil tal-urnalista f’Ottubru li għadda.

Huwa l-interess tan-nies li ssir din id-diskussjoni fil-Parlament dwar din l-allegazzjoni serja li saret minn konsorzju internazzjonali tal-urnalisti dwar il-Ministru Chris Cardona. Għalhekk, l-Oppoizzjoni għamlet din it-talba sabiex jitressaq l-aġġornament tax-xogħol tal-Kamra, b’responsabbilità u serjetà kbira għaliex wara li The Times of Malta ppubblikat l-allegazzjoni dwar il-Ministru Chris Cardona, in-nies jixirqilhom li jkunu jafu l-verità sħiħa.

Adrian Delia qal li ħadd ma huwa se jwaqqaf lill-Partit Nazzjonalista milli jkompli jagħmel il-mistoqsijiet li n-nies qed jistennew ir-risposti għalihom. Dr Delia rea’ enfasizza li dan huwa l-mument fejn Joseph Muscat irid jieħu d-deijonijiet biex ma tibqax issir ħsara lir- reputazzjoni ta’ Malta.

18.04.2018