ŻOMM AĠĠORNAT:

“Se niu f’kull lokalità u f’kull raħal f’Għawdex biex niltaqgħu mal-Għawdxin. Irridu nifhmu l-ħtiijiet tal-Għawdxin. Il-Partit Nazzjonalista se jitkellem għall-Għawdxin biex flimkien infasslu l-futur tal-Għawdxin.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta għalaq sessjoni tal-Kunsill enerali tal-PN li sar f’Għawdex.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-PN se jibqa’ jaħdem sabiex iib lura l-Isptar enerali ta’ Għawdex lura għand l-Għawdxin. Dan hekk kif il-Qorti illum iddikjarat li l-kawa li Dr Delia fetaħ biex it-tliet sptarijiet li l-Gvern ta lill-Vitals jingħataw lura lin-nies, hija ta’ importanza nazzjonali.

Dr Delia qal li l-Gvern ried jaqsam il-kawa li huwa fetaħ biex il-Qorti tannulla l-kuntratt li l- Gvern għamel ma’ Vitals għat-tliet sptarijiet f’biċċiet ida hawnekk ukoll il-Qorti tat raun lill- Partit Nazzjonalista se jibqa’ jiġġieled sabiex jagħti lura l-isptarijiet lin-nies.

Adrian Delia staqsa fejn marru l-50 miljun li Vitals qalgħu meta l-uniku investiment fis-saħħa li sar f’Għawdex kienet il-ħofra li ħallew ħdejn l-Isptar enerali ta’ Għawdex. Huwa qal li l- Gvern għael lil Vitals biex imexxu l-isptarijiet Karin Grech, San Luqa u l-Isptar enerali ta’ Għawdex meta dawn ma kellhomx esperjenza fis-settur mediku.

Dr Delia qal li l-Gvern qed jidħak bl-Għawdxin għaliex huwa ar li dejjem iħabbar li se jsiru studji u rapport biex itawwal i-mien flok jindirizza b’serjetà l-problemi ta’ Għawdex. Huwa qal li l-messaġġ tal-PN huwa ar li issa wasal i-mien li l-Gvern jibda’ jgħid bis-serjetà x’se jsir għal Għawdex. Adrian Delia qal li Gvern Nazzjonalista se jindirizza l-problemi tan-nies f’Għawdex bħalma huma l-insularità doppja, il-problemi tan-negozji Għawdxin u d- diffikultajiet tal-ħaddiema għaagħ Għawdxin biex jaħdmu f’Għawdex stess.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stieden lid-Deputat Chris Said li huwa reponsabbli f’isem il-PN għar-riforma Kostituzzjonali sabiex ifassal proposti fil-Kostituzzjoni għall-Għawdxin. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun il-vui tal-Għawdxin biex iħares ir-rispett li għandna nagħtu lil Għawdex u l-Għawdxin.

10.05.2018