ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-PN ‘stands for something’, Joseph Muscat ‘stands for nothing’

 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li huwa favur il-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha. Din hija wkoll il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista kollu hekk kif din ġiet rijaffermata mill-Eżekuttiv tal-partit.

 

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandna nagħtu l-appoġġ lill-koppji li jridu jsiru ġenituri filwaqt li nibqgħu niddefendu l-ħajja umana. Dan hekk kif il-Gvern irid iressaq emendi għal-liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun.

 

Kien il-Partit Nazzjonalista li daħħal fis-seħħ il-liġi tal-IVF u dan b’sens ta’ umanità u kompassjoni lejn dawk il-koppji li qed ibatu għaliex ma jistgħux isiru ġenituri minħabba problemi ta’ infertilità.

 

Dr Delia jqis li din l-emenda tal-Gvern mhix se tibqa’ tipproteġi l-embrijun u għalhekk hija waħda li tmur kontra l-ħajja. Adrian Delia qal li la darba l-emenda mhix se tipproteġi l-ħajja, se tkun qed tivvota kontra l-liġi li jrid idaħħal Joseph Muscat.

 

Dr Delia qed jipproponi l-IVF ikun imħallas kollu b’xejn mill-Gvern u li l-liġi tagħti lill-koppji bi problemi ta’ infertilità is-servizz kollu tal-IVF u l-mediċina relatata bla ħlas. Huwa qal ukoll li qegħdin ngħixu f’soċjetà li għandha l-valuri tad-dinjità tal-persuni.

 

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jkun il-vuċi tal-persuni vulnerabbli b’mod speċjali l-embrijun li hija l-inqas li għandha vuċi.

 

17.04.2018