ŻOMM AĠĠORNAT:

“Is-surplus li jiftaħar bih il-Gvern mhux jasal għand kulħadd u l-id li qed jinħoloq mhux qed jasal għand il-familji kollha ida l-ħsara li l-Gvern qed jagħmel lir-reputazzjoni ta’ Malta se tinħass minn kulħadd.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta kien qed jindirizza lill-attivisti f’Ħal Balzan.

Dr Delia qal li l-midja qegħda tirrapporta fuq il-mod kif qed jingħataw it-tenders u d-direct orders f’San Vinenz u Monte Karmeli, meta suppost li hawn il-kontrolli fil-mod kif dawn jingħataw sabiex ikun hemm it-trasparenza. Huwa qal li fuq dawn id-direct orders il-Ministru Edward Scicluna jew ma jafx bihom, jew ma jawtorizzahhomx jew inkella jaf bihom u qed jgħaddihom. Adrian Delia qal li l-Ministru Scicluna tilef il-kontroll u ma jafx x’inhu jiri fil- Ministeru tal-Finanzi, u dan meta suppost qiegħed biex jara li l-finanzi ta’ pajjina jitmexxew sew.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li meta kumpaniji barranin serji jaraw li l-lii f’Malta mhix titħaddem kif suppost u b’mod ugwali għal kulħadd, ma jibqgħux jinvestu f’pajjina għax ma jarawx serjetà. Adrian Delia qal li l-Ministru Konrad Mizzi qed jaħrab milli jwieeb il- mistoqsijiet u mhux qed jistieden lill-midja għall-attivitajiet uffijali tal-Ministeru tiegħu, ida minflok qed jagħżel il-midja li jrid hu. Adrian Delia qal li Konrad Mizzi wkoll qiegħed jaħrab milli jagħti rendikont ta’ għemilu u jispjega kif l-Avukat tiegħu ngħata direct order ta’ 200,000.

Dr Delia qal li llum mar il-Qorti għall-kawa kontra l-Vitals biex it-tliet sptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-Isptar enerali ta’ Għawdex jingħataw lura lill-poplu. Dan għaliex il-Gvern ta dawn it-tliet sptarijiet b’kuntratt ta’ 2 biljun lil kumpanija li ma kellha l-ebda esperjenza fis-settur tas-saħħa. Adrian Delia qal li Joseph Muscat mhux iwieeb għal għemilu u hu wkoll mhux qed jitkellem fil-Parlament, fil-Qorti u lanqas mal-urnalisti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li bil-mistoqsijiet li hu għamel lill-Prim Ministru fil- Parlament sar magħruf li kienet inbdiet inkjesta dwar 17 Black, meta l-Gvern ried iomm kollox mistur mill-poplu. Huwa qal li filwaqt li issa sar magħruf min hi l-Maistrat li qed tagħmel din l-inkjesta, għadu mhux magħruf fuq min qed issir. Adrian Delia qal li quddiem din il-ħsara li qed issir lir-reputazzjoni ta’ pajjina, il-Gvern qed jagħżel li jinora r-rapporti u t-twissijiet li qed jaslulu mill-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Ewropej u b’mod sistematiku jippermetti li ssir il-korruzzjoni.

20.11.2018