ŻOMM AĠĠORNAT:

It-tfal fl-iskejjel għandu jingħatalhom frott u ħaxix li jkun frisk u bnin għal saħħithom u mhux frott imnawwar li ma jistax jittiekel. Il-midja għadha qed tirrapporta kif numru ta’ enituri qed juru t-tħassib tagħhom li uliedhom qed jingħatalhom frott imħassar li qed jispiċċa biex jintrema’. Dan kollu qed iwassal biex ma jintlaħaqx ir-riultat mixtieq minn din l-iskema fl-iskejjel, li għandha l-għan li l-istudenti jitgħallmu fuq l-importanza tal-frott u l- ħaxix biex jgħixu ħajja aktar sana u ‘l bogħod mill-obeità.

L-iskema tat-tqassim tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel kienet iddaħħlet minn Gvern Nazzjonalista sabiex jitkattar it-tagħlim ta’ dieta li tkun nutrijenti u tajba. Dan l-isforz nazzjonali ida se jispiċċa ma jilħaqx l-għan tiegħu, għaliex il-Gvern kien ilu jkaxkar saqajh sabiex jera’ jintrodui din l-iskema immirata lejn il-benesseri tal-istudenti. Aktar kmieni din is-sena, l- Kummissjoni Ewropea stess kienet saħansitra anfret lill-Gvern Laburista li kien qed ikaxkar saqajh biex ikompli bl-iskema tat-tqassim tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel.

Għalkemm l-iskema hija ffinanzjata b’fondi mill-Unjoni Ewropea, l-Gvern għael li jinjora għal kollox ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu biex il-frott u l-ħaxix li jitqassam lill-istudenti jkun prodott lokali, sabiex ikun l-ijed frisk possibbli. Filwaqt li din id-deijoni ħalliet impatt negattiv fuq il-bdiewa lokali, l-istudenti qed jispiċċaw jingħatalhom frott imnawwar u ħaxix ħain f’kontenituri tal-plastik li ma jistax jii riiklat.

Dan kollu juri li l-iskema tal-frott u l-ħaxix iddaħlet bl-għala u mingħajr pjan min-naħa tal- Gvern, li issa qed juri bi-ar li m’għandux interess li jinvesti bis-serjetà fl-iskejjel u l- istudenti. Il-Gvern daħħal b’għala l-iskema tat-trasport b’xejn lill-istudenti, liema skema għadha qed taffaċċja d-diffikultajiet sal-lum u waqaf milli jinvesti fl-iskejjel hekk kif sena wara sena flok jibni skola dida qiegħed kull sena jipposponi l-bini ta’ skola dida.

Clyde Puli

Segretarju enerali u Kelliem tal-Oppoizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Ivilupp Uman u l- Ħiliet għas-Seklu 21

29.11.2018