ŻOMM AĠĠORNAT:

It-tfal fl-iskejjel għandu jingħatalhom frott u ħaxix li jkun frisk u bnin għal saħħithom. Dan wara li enituri urew it-tħassib tagħhom għall-kwalità tal-ikel li qed jingħata lil uliedhom fl- iskejjel. It-tfal jixirqilhom frott u ħaxix frisk u mhux servizz fl-iskejjel li rea’ ddaħħal bl- għala mill-Gvern qabel tintemm is-sena skolastika.

L-iskema tat-tqassim tal-frott u l-ħaxix b’xejn fl-iskejjel kienet iddaħħlet minn Gvern Nazzjonalista sabiex it-tfal jitgħallmu dwar l-importanza tal-frott u l-ħaxix f’dietà tajba li tkun nutrijenti. Dan fi sforz nazzjonali li tonqos l-obeità fost it-tfal Maltin u Għawdxin. Jekk il-frott u l-ħaxix ma jkunx frisk l-għan edukattiv ta’ dan is-servizz jispiċċa fix-xejn.

Minħabba nuqqasijiet amministrattivi din l-iskema kienet waqfet għal numru ta’ xhur u ttellgħet fuq livell Ewropew ukoll mill-MEP Francis Zammit Dimech. Dan permezz ta’ mistoqsijiet fil-Parlament Ewropew, fejn il-Kummissjoni Ewropea stess ikkonfermat li kien il-Gvern li kien qed ikaxkar saqajh biex l-iskema tera’ tkompli.

Il-Partit Nazzjonalista għalhekk jappella biex lit-tfal fl-iskejjel jitqassam frott u ħaxix frisk u s-servizz jingħata bl-inqas impatt ambjentali bl-uu tal-inqas ammont ta’ plastik possibbli.

Clyde Puli

Segretarju enerali u Kelliem tal-Oppoizzjoni għall-Edukazzjoni

Francis Zammit Dimech

Membru tal-Parlament Ewropew

26.05.2018