ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-prijorità li jmiss fil-lieda kontra d-dijabete għandha tkun it-twaqqif mill-did ta’ kumitat Parlamentari dwar id-djabete fi ħdan il-Parlament Malti. L-MEP Francis Zammit Dimech u l- Kelliem tal-Oppoizzjoni Mario Galea esprimew sodisfazzjoni li l-Gvern qed jikkunsidra li jwettaq il-proposta tiegħu għall-għoti ta’ continuous glucose monitors lill-persuni li jbatu bil- kundizzjoni tad-dijabete tat-Tip 1.

Il-continuous glucose monitors huwa apparat li b’mod awtomatiku janalizza l-livell taz- zokkor fid-demm, b’mod li jelimina l-bonn li l-pazjent jittaqqab bejn seba’ u għaxar darbiet kuljum. Francis Zammit Dimech kien għamel din il-proposta permezz ta’ ittra mibgħuta lill- Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara taħdidiet fit-tul ma’ persuni li jbatu mid-dijabete kif ukoll ma’ enituri ta’ tfal b’din il-kundizzjoni. F’artiklu ppubblikat mit-Times of Malta, il- Gvern qal li qed jikkunsidra li f’din il-leislatura jimplimenta din il-miura proposta mill- MEP Francis Zammit Dimech.

Mario Galea enfasizza li meta f’pajjina hawn rata għolja ħafna ta' dijabete, li hija l-kawa ta’ diversi mard u kundizzjonijiet kronici ohra, l-Partit Nazzjonalista ma jistax jifhem għalfejn il- Gvern baqa’ jirrifjuta li jera’ jwaqqaf il-Kumitat Parlamentari dwar id-Dijabete. Dan il- kumitat kien twaqqaf wara inizjattiva tal-Oppoizzjoni Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista jappella biex din il-wegħda li jingħataw il-continuous glucose monitors ma tispiċċax fuq l- ixkaffa, u minnufih il-Gvern jikkunsidra wkoll it-twaqqif mill-did ta’ kumitat Parlamentari fi ħdan il-Parlament Malti dwar id-dijabete.

Mario Galea

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar is-Saħħa Mentali, d-Dimenzja, l-Kura fil-Komunità, d-Diabete, u d-Drittijiet tal-Annimali

 

Francis Zammit Dimech

Membru tal-Parlament Ewropew u Co-Chair EU Diabetes Working Group

08.06.2018