ŻOMM AĠĠORNAT:

“Il-professjoni tal-periti hija importanti ħafna għall-preent u għall-futur tal-pajjiu l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jiddiskuti mal-Kamra tal-Periti biex infasslu pjan fit-tul tal-ippjanar madwar Malta u Għawdex.”, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal dan waqt laqgħa li kellu ma’ delegazzjoni mill-Kamra tal-Periti.

Dr Delia qal li bħalma huwa importanti ppjanar fit-tul fl-edukazzjoni u fis-saħħa, hekk ukoll huwa importanti li jkollna ppjanar aħjar fit-tul fil-bini, sabiex naraw li l-infrastruttura tkun adegwati għall-futur. Dan sabiex dak li jinbena llum ikun wirt għal għada, b’rispett sħiħ lejn l-ambjent, il-bini storiku u dak kollu li jagħmilna Maltin. Huwa qal ukoll li dan l-ippjanar fit- tul għandu jsir biex naraw x’bini rridu nibnu fil-futur skont il-ħtiijiet li se jkollhom in-nies.

Il-President tal-Kamra tal-Periti, il-Professur Alex Torpiano ddeskriva lil Malta bħala pajjiż żgħir b’ambizzjonijiet kbar. Huwa qal ukoll li wasal i-mien li l-ivilupp tal-pajjima jitkejjilx biss mil-lat ekonomiku, ida wkoll fuq kemm huwa sabiħ li tgħix fil-pajjiu l-livell tal-ħajja tan-nies. Alex Torpiano ddeskriva kif l-ivilupp, l-ippjanar u l-kostruzzjoni jħallu impatt ar fuq il-kuntentizza tan-nies.

1Il-Partit Nazzjonalista jrid li jaħdem mal-Kamra tal-Periti b’mod partikolari fuq Architectural Policy u revijoni adegwata tal-building regulations għall-ħtiijiet tal-lum, b’implimentar aktar effijenti. Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien hemm id-Deputati Marthese Portelli u Toni Bezzina.

10.04.2018