ŻOMM AĠĠORNAT:

Dispjaċir li għandi

Ivvutajt għal bidla fl-2013? M’intix konvint/a li din id-darba għandek terġa’ tivvota lill-istess klikka fil-poter? Naqblu. Hawn xi punti li forsi tixtieq tirrifletti dwarhom.


Joseph Muscat Jiġina f’moħħna r-rifjut tagħhom li jidhru quddiem il-Kumitat tal-PANA. Li kieku kienu tassew innoċenti… ma kinux forsi jmorru jiġru biex jagħtu l-verżjoni tagħhom tal-fatti u jeżoneraw lilhom infushom?

Joseph Muscat Dawn il-kelmiet, li huma lissnu ftit biss wara li ħadu l-poter, ixxukkjaw anki lill-aktar Laburisti akkaniti. Fl-istess ħin, waqt li huma għaddejjin ħajja, il-kredibbiltà u r-reputazzjoni ta’ Malta spiċċaw fil-ħama.

Joseph Muscat Int għandek moħħ tiegħek. Int TAF li jekk jibqgħu hemm għal ħames snin oħra, Malta sa tispiċċa minn ġot-taġen għal ġon-nar. Isma’ x’qed jgħidu l-esperti f’dan il-qasam u agħtihom ċans jispjegaw l-affarijiet mil-lenti tagħhom.

Joseph Muscat B’inqas spazji miftuħa u l-bejgħ ta’ Malta biċċa art wara l-oħra, u l-kwistjonijiet tas-saħħa bħall-asthma u l-obeżità jsiru dejjem iżjed komuni, f’Malta ma għadx baqa’ iżjed postijiet fejn uliedna jistgħu jilagħbu barra.

Joseph Muscat Joħorġu lil uliedhom mill-iskola biex isiefru, jaqbżu t-traffiku u l-kju ta’ Għawdex… dan kollu huma jistgħu jagħmluh, u int le? Qed jgħidulek: “Agħmel kif ngħidulek, imma mhux kif nagħmlu aħna”. X’tip ta’ eżempju hu dan minn persuni li suppost qed imexxu lil pajjiżna?

Jekk qed jiksru r-regoli fuq livell personali, pass ċkejken biss hemm biex jiksruhom fuq livell nazzjonali… u internazzjonali.