ŻOMM AĠĠORNAT:

Ħbieb,

 

Il-konsistenza m’hawnx isbaħ minnha. Għaliex il-konsistenza tiġi meta dejjem tgħid il-verità.

 

Tiftakru meta sa ftit xhur ilu, kont qed ngħidilkom li l-poplu jistħoqqlu pajjiż normali?

Kien hemm ħafna ma fehmunix u ħafna oħrajn, fosthom il-Gvern ta’ Muscat, li ippruvaw jiżżufjettaw bina wkoll.

 

Illum, żgur li qed tindunaw x’ridt infisser.

Għaliex dawn il-ġranet huma verament surreali. Mhux għalija jew għalikom biss; għal kulħadd!

 

Il-poplu qed jitħawwad, u bir-raġun! Għaliex jaf li dak li qed jiġri huwa ferm ‘il bogħod min-normalità li tant għandna bżonn!

 

Minn naħa waħda, hemm ħafna pajjiżi madwar id-dinja, l-Ewropa, istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji ta’ negozju li qed iħarsu lejna u jistennew biex jaraw kif se tiżvolġi din is-saga.

 

Minn naħa l-oħra, hemm klikka korrotta u kriminali immexxija minn Joseph Muscat u dawk qrib tiegħu, li akkost ta’ kollox, qed jippruvaw iżommu fil-wiċċ qabel ma l-mażżra tal-gideb tagħhom, tgħarraqhom magħha.

 

Ħbieb, JIEN QIEGĦED HAWN. U sa mill-ewwel ġurnata kont għedtilkom li jiġri x’jiġri, se nkun hawn, fuq quddiem nett, niġġieled għalina lkoll, għall-pajjiżna, għall-verità!

 

Irridu nibqgħu magħqudin. Iżjed minn qatt qabel.

 

Din il-Forza Nazzjonali li bdiet mill-ftit, illum hija tassew FORZA NAZZJONALI kontra l-qerq, il-gideb, it-tixħim u kontra dawk kollha li qed ikissru dak li bnejna flimkien f’dawn l-aħħar snin.

 

ĦADD mhu se jagħlqilna ħalqna.

 

Min qed jiddispra, qed jagħmel dan għaliex qed jara l-verità ħierġa.

 

Dawk li qed jitħawwdu huma dawk li ma jridux jaraw il-verità.

 

Intom ma titħawwdux għaliex il-verità, tfittxuha u tiġġieldu għaliha.

 

EJJA NAGĦŻLU L-VERITÀ!

EJJA NAGĦŻLU LIL MALTA!

 

SimonBusuttilSignature.jpeg