ŻOMM AĠĠORNAT:














































Le, Simon Busuttil mhuwiex kontra trakka għal-Motorsports. Anzi, l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista hi li wasal iż-żmien biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni b’mod realistiku u onest. Il-Partit Nazzjonalista talab l-Assoċazzjoni biex tipproponi soluzzjoni realistika li tkun tirrispetta l-limitazzjonijiet ambjentali tal-pajjiż. Jekk tinstab alternattiva aċċettabbli, l-Partit Nazzjonalista jkun lest li jikkometti ruħu li jagħti kull appoġġ biex din iseħħ.


Le, Simon Busuttil hu kontra l-abort, l-ewtanasja u l-iffriżar tal-embrijuni. Il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar l-abort, l-ewtanasja u l-iffriżar tal-embrijuni hija ċara. M’aħniex ser nilgħabu mad-drittijiet tal-ħajja.


Kif iddikjara, Simon Busuttil la jaf u lanqas jiġi minn xi ħadd bl-isem ta’ William Robert Busuttil. Lanqas qatt irċeva xi proprjetà bħala wirt jew xi dokumenti b’rabta ma’ dan il-wirt. Video li qed jiġi ċirkolat fuq is-social media channels tal-Partit Laburista huwa gidba mill-bidu sal-aħħar


Simon Busuttil qatt ma rċieva commissions minn Shell. L-allegazzjoni li Simon Busuttil irċieva xi commissions hija gidba assoluta. Simon Busuttil qatt ma nnegozja, ta pariri jew irrapreżenta lil Shell dwar xi ftehim finanzjarju bejn Shell u l-Gvern ta' Malta.


Le, Simon Busuttil mhuwiex se jwaqqaf il-kaċċa. Hu ddikjara li la darba l-poplu iddeċieda fuq il-kaċċa, il-Partit Nazzjonalista jirrispetta r-rieda tal-poplu. Għall-Partit Nazzjonaliusta, din hija kwistjoni magħluqa, u m’għandu ebda ħsieb illi jagħmel referendum ieħor.


Le, mhuwiex. Għalina l-festi huma parti mill-wirt kulturali tagħna. Simon Busuttil għandu ammirazzjoni kbira għax-xogħol volontarju li jsir mill-għaqdiet pirotekniċi f’Malta.

Din hija qlajja. Simon Busuttil jappoġġja l-assoċazzjonijiet kollha li jippromwovu l-kultura f’Malta. L-Għaqdiet tal-baned ta’ sikwit jagħmlulna unur barra mill-pajjiż. Iktar importanti minn hekk, l-għaqdiet tal-baned fil-komunitajiet tagħna minn dejjem rawmu ġenerazzjoni ta’ mużiċisti ta’ talent. Li kieku ma kienx għal dawn l-għaqdiet, dan it-talent jintilef.


Le, mhux vera. Kienet amministrazzjoni mmexxija mill-Partit Nazzjonalista li introduċiet l-IVF permezz ta’ liġi u kull qlajja li se jitwaqqaf dan is-servizz hija gidba. Gvern ġdid Nazzjonalista se jinvesti biex dan is-servizz jitjieb. Fil-programm elettorali tagħna, qed inwegħdu li nipprovdu l-medikazzjoni neċessarja b’xejn lill-koppji li jkunu se jagħmlu l-proċedura tal-IVF.


Le, mhuwiex veru. Gvern ġdid Nazzjonalista mhux talli mhux se jwaqqaf lill-Pulizija milli jagħmlu xogħol part-time, talli ħareġ diversi proposti biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-membri tal-Korp. Fosthom l-ispecial allowance, li preżentement tingħata lil xi taqsimiet biss tal-Korp, nestenduha għall-membri kollha, ikunu fejn ikunu stazzjonati, anke fl-għases jew f’taqsimiet oħrajn.


Le, mhux veru. Fil-programm elettorali tagħna qed nipproponu li nagħtu lill-iskejjel aktar riżorsi umani billi nħajru għalliema u Learning Support Assistants (LSAs) jirritornaw lura għax-xogħol jew jerġgħu jidħlu fil-qasam tal-edukazzjoni, anke bi skemi ta’ xogħol flessibbli, u b’hekk noħolqu grupp ta’ relief teachers u LSAs.


Le, mhux veru. Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed jibni fuq kull titjib li sar fi drittijiet għal persuni LGBTIQ, f’dawn l-aħħar snin. Aktar minn hekk, se nressqu liġi għall-introduzzjoni taż-żwieġ bejn persuni ta’ l-istess sess. Fil-programm elettorali tagħna, qed nipproponu li nistabbilixxu klinika fid-Dipartiment tas-Saħħa Nazzjonali għall-ħtiġijiet tal-ġeneru, bin-nies imħarrġa meħtieġa u nipprovdu t-terapija ormonali u l-operazzjonijiet għall-persuni trans. Nassiguraw li jkollna f’idejna l-aktar medikazzjoni riċenti għall-persuna milqutin mill-HIV.


Le, mhux veru. Gvern ġdid Nazzjonalista se jixtri l-elettriku mill-irħas sors, li bħalissa huwa l-interconnector. Dak li niffrankaw mix-xiri ta’ l-elettriku ngħadduh direttament lill-konsumatur f’inċentivi ġodda biex nipproduċu enerġija nadifa u billi nnaqqsu l-kontijiet tal-elettriku.


Le, mhux veru. Il-Malta Leaks ġew ippubblikati wara ħidma ta’ grupp ta’ ġurnalisti internazzjonali, inkluż ġurnalist Malti mill-Malta Today.


Le, mhux veru. Fil-programm elettorali tagħna, għandna proposti biex innaqqsu t-taxxa, fosthom: - Inaqqas it-taxxa għal min jaqla inqas minn €20,000 fis-sena. - Inaqqas it-taxxa fuq il-part-time għal 10% - Inaqqas it-taxxa tas-self-employed u negozji żgħar għal 10% għal l-ewwel €50,000 ta’ profitt. - Inaqqas it-taxxa fuq il-profit għal 15% fuq negozji li jinvestu l-profit fl-istess negozju - L-ebda taxxa fuq massimu ta €40,000 ta qligħ fuq perjodu ta’ 3 snin għal investiment innovativ.


Le, mhux veru. Din hija qlajja oħra mill-Partit Laburista. Gvern ġdid Nazzjonalista mhuwiex se jżid il-VAT.


Le, mhux vera. L-inkjesta mill-Maġistrat inkwerenti mhijiex magħluqa, tant li l-istess Maġistrat iddikjara li għadu għaddej bl-inkjesta u ddeskrivija bħala komplessa u ta’ importanza nazzjonali.


Le, mhux veru, għax l-inkjesta mhijiex magħluqa. Hemm provi biżżejjed fosthom xhieda ta’ whistleblower li juru li Egrant hi ta’ Muscat.


Le, mhux veru. L-unika talba li għamel il-Partit Nazzjonalista lil dawk l-eluf ta’ nies li ta’ kuljum jattendu l-attivitajiet tal-massa, hi li jġibu l-bandiera Maltija.


Il-Partit Nazzjonalista se jagħlaq il-kampanja tiegħu b’Mass Meeting fuq il-Fosos tal-Furjana.


Le, mhux vera. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern dejjem xpruna l-ekonomija u ħoloq setturi importanti ġodda li ħolqu eluf ta’ postijiet tax-xogħol ta’ kwalità, b’pagi tajbin. Għall-gvern ġdid Nazzjonalista, se tkun ta’ prijorità illi jnaddaf isem pajjiżna biex nissalvagwardjaw il-postijiet tax-xogħol u jerġa jkollna l-istabbilità meħtieġa biex nattiraw setturi ekonomiċi ġodda. Pajjiżna bħalissa għaddej minn inċertezza ekonomika minħabba li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna tħammġet minn Joseph Muscat. Għalhekk, l-għażla li l-poplu se jagħmel fi-3 ta’ Ġunju, se tkun kruċjali. Taħt Gvern ġdid Nazzjonalista, l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna se jerġgħu jibdew jiffunzjonaw b’awtonomija, sabiex iservu l-funzjoni tagħhom għal-ġid komuni. Dan ifisser li minn jistħoqqlu xi ħaġa, joħoda bi dritt mingħajr il-bżonn li jmur jittallab mingħand il-politiċi.


Le, mhux vera. Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi li l-iżvilupp huwa importanti ferm għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Il-PN jemmen ukoll li ebda ekonomija moderna ma tista tgħaddi mingħajr żvilupp sostenibbli. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jara li l-iżvilupp ikun bilanċjat u joħloq l-anqas inkonvenjent possibli.