ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Ministru Josè Herrera qed juri li ma jafx x'inhuma, u lanqas juri li huwa interessat li jara li jitwettqu r-responsabbiltajiet tiegħu bħala Ministru fir-rigward tad-dmirijiet fid-dipartiment tal-Plant Health, li jikkonsistu li ssir sorveljanza stretta fuq prodotti tal-ħaxix u frott u prodotti oħra

Din il-ħidma trid issir sabiex naċċertaw li f'pajjina ma jidħlux prodotti li jipperikolaw il- biedja Maltija u Għawdxija b'mard li jista' jkun infettiv u li jista' jinxtered bil-wasla ta' insetti li jistgħu jidħlu f'pajjina ma' prodotti ta' frott u ħaxix u prodotti oħra.

Dan jirriulta kif il-Ministru Josè Herrera għael li jirrispondi mistoqsija supplimentari fejn l- istess Ministru wera li ma riedx jirrispondi, għaliex jew ma kienx jaf jirrispondi jew aktar u aktar ried juri li ma jimpurtahx li għandha ssir sorveljanza "at point of entry" kif titlob l- istess lii. Din hija attitudni ta' irresponsabbiltà lejn problema li hija waħda serjetà.

Il-Ministru Josè Herrera għandu minnfih jinforma lilu nnifsu dwar din ir-responsabbilità importanti li għandu u jara li jerfaha għall-id tas-settur tal-bdiewa, tar-raħħala u tal- konsumaturi. Dan għaliex jeħtiel-aqwa protezzjoni u serħan tal-moħħ li dak li qed jixtru huwa prodott li ma jagħmilx ħsara lis-saħħa.

Edwin Vassallo

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar is-Self Employed, in-Negozji għar, l-Koperattivi, l-Biedja u s-Sajd

13.12.2018