ŻOMM AĠĠORNAT:

Huwa ta l-kopja tiegħu tal-inkjesta lill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern

Meta f’Lulju li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal lill-Avukat enerali sabiex jippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta tal-Maistrat Aaron Bugeja, llum fil-Qorti għamel u- turn kbira u issa qed jgħid li ma jaħsibx li dan ir-rapport għandu jii ppubblikat b’mod sħiħ. Il-Prim Ministru ta l-kopja sħiħa tiegħu lill-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia.

Joseph Muscat ikkonferma li l-konklujonijiet kienu biżżejjed għalih u għalhekk ma qarax il- kopja sħiħa tal-inkjesta li kellu. Dan ifisser li ma kienx hemm il-ħtiea li persuni oħra tingħatalhom kopja tal-inkjesta bħalma ngħatat lill-Ministru għall-ustizzja Owen Bonnici u l-avukat personali tal-Prim Ministru fost l-oħrajn.

Il-Ministru Owen Bonnici giddeb lill-Avukat enerali meta qal li ngħata kopja sħiħa tar- rapport mill-avukat personali tal-Prim Ministru u mhux mill-Avukat enerali. Il-Ministru Bonnici rea’ giddeb lill-Avukat enerali meta qal li hu ma tax pariri dwar l-inkjesta, ida tah parir dwar jekk ir-rapport għandux jii ppubblikat sħiħ.

Fis-seduta tal-Qorti tal-lum għalhekk ħarebi-ar li esponenti ewlenin tal-Gvern għandhom aċċess għall-inkjesta. Dan meta l-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia baqa’ ma ngħatax kopja. L-Avukat enerali kien qal li ma jridx jagħti kopja lil Adrian Delia għax ma kienx se jħalliha ‘fil-kexxun’ ida kien se jitkellem dwarha.

Bid-dikjarazzjonijiet tiegħu u l-u-turn li għamel, Joseph Muscat qed isaħħaħ l-ibilanpolitiku serju li ħoloq l-Avukat enerali meta qiegħed jippersisti li ma jagħtix kopja sħiħa tal-inkjesta lil Adrian Delia, meta din hija materja ta’ interess nazzjonali.

Filwaqt li Joseph Muscat nefaq aktar minn miljun ewro fi flus il-poplu f’inkjesta biex jgħid li la hu u lanqas martu m’huma sidien ta’ kumpanija fil-Panama, i-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi kellhom strutturi ta’ kumpaniji sigrieti, u dan b’ammissjoni tagħhom stess.

Fil-Qorti Joseph Muscat rea’ qal li kien qed jabbina l-futur politiku tiegħu mar-riultat tal- inkjesta tal-Maistrat Bugeja u allura bil-kejl tiegħu stess għandu jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. In-nies għadhom qed jistennew lil Joseph Muscat jiddeiedi.

26.10.2018