ŻOMM AĠĠORNAT:

Huwa surreali kif Joseph Muscat jiftaħar li qegħdin ninsterqu biss 100 miljun fis-sena mill- power station tal-Electrogas, wara li ammetta li qegħdin ninsterqu 200 miljun kull sentejn.

Bħal Joseph Muscat, Konrad Mizzi wkoll qed jiftaħar bir-rapport tal-Awditur enerali dwar il-kuntratti tal-Enemalta mal-Electrogas meta dan ir-rapport huwa kundanna arissima fuq il- Gvern. Konrad Mizzi bħal Joseph Muscat jgħix f’dinja parallela. Meta Konrad Mizzi qed jgħid li r-rapport tal-Awditur enerali huwa xempju ta’ best practice qed jikkonfermalna li se nibqgħu ninsterqu mill-kuntratti kollha tal-Gvern.

Joseph Muscat li għadu qed jipprotei lil Konrad Mizzi u Keith Schembri qed jagħtina garanzija li se nibqgħu ninsterqu, bħalma ejna misruqa meta ta t-tliet sptarijiet lil Vitals u telqu b’50 miljun, bl-Università Amerikana, bl-14 miljun tal-hedging għall-enerija u bl- 40 miljun li xi ħadd ħa f’sena waħda biss bid-deal ħain mas-SOCAR għax-xiri tal-gass.

Jekk verament Joseph Muscat għandu għal qalbu r-reputazzjoni ta’ Malta għandu jkeċċi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi minnufih ida ma jistax għax għandu idejh marbutin. Joseph Muscat jinsab dahru mal-ħajt mhux qed jgħid il-verità u mhu qed jemmnu ħadd.

02.12.2018