ŻOMM AĠĠORNAT:

Joseph Muscat ma jistax jitwemmen meta jitkellem li l-Gvern għandu xi pjan għall-futur tal-pajjiż. Dan għaliex wara sigħat sħaħ ta’ diskorsi fil-Parlament, il-Gvern kien bla pjan u baqa’ bla pjan għal pajjiżna. Il-Gvern moħħu biss fin-numri u jikkwota dak li jaqbel lilu, iżda Joseph Muscat ma jgħidx li l-faqar finanzjarju żdied b’aktar minn 10,000 fuq medda ta’ ħames snin u dan jirriżulta mill-istatistika tiegħu stess.

Il-budget ma jsolvix il-problemi li ħoloq il-Gvern stess bil-mudell ekonomiku tiegħu li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni li qed tħalli impatt negattiv fuq bosta setturi fosthom il-pagi, l-propjetà, l-kirjiet, it-toroq, l-infrastruttura u l-ambjent. Għal Joseph Muscat, il-barranin qegħdin hawn biss għall-bolla. Dan huwa Gvern tan-numri iżda aħna Oppożizzjoni tan-nies. 

 

04.11.2018