ŻOMM AĠĠORNAT:

Imqar bil-kejl tiegħu stess, Joseph Muscat għandu jneħħi li-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi, wara li hu kien qal li kieku nstab li l-kumpanija sigrieta fil-Panama Egrant hija tiegħu jew ta’ martu kien iwarrab u nefaq aktar minn miljun ewro minn flus il-poplu biex inaddaf ismu. Keith Schembri u Konrad Mizzi ida kellhom strutturi ta’ kumpaniji sigrieti fil-Panama, u dan b’ammissjoni tagħhom stess, u allura Joseph Muscat m’għandu xejn xi jommu milli jieħu dan il-pass?.

Fil-manifest elettorali tal-elezzjoni enerali tal-2013, Joseph Muscat kien qal li jemmen ‘f’politika u politii ta’ responsabilità u kontabilità, politii li jirrispondu għal għemilhom u li jaraw li għemilhom ikun trasparenti’. Jekk Joseph Muscat tassew jemmen fil-kontabilità u għandu għal qalbu l-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ Malta, m’għandux triq oħra ħlief li jneħħi immedjatament lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. X’inhu jistenna milli jieħu dan il-pass? Min qed iommu?.

Għaddew aktar minn 24 siegħa u l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma ħax azzjoni fil- konfront ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dan wara li lbieraħ Reuters u Times of Malta rrappurtaw li s-sid tal-kumpanija misterjua 17 Black f’Dubaj huwa l-Kap Eekuttiv ta’ kumpanija li hija parti mill-konsorzju Electrogas li kienet intgħalet biex tibni u tħaddem il- power station il-dida f’Delimara. Għal Joseph Muscat il-ħarsien tar-reputazzjoni ta’ Malta u l-ħarsien tal-impjiegi ta’ eluf ta’ għaagħ u professjonisti mhix importanti u minflok se joqgħod jilgħab għall-ħin u jistenna li jintemmu l-inkjesti li jinsabu għaddejjin fil-Qorti, u li qed itawwal hu stess bl-appelli.

Kienu Keith Schembri u Konrad Mizzi stess, permezz ta’ Nexia BT, li qalu li kellhom jirievu 150,000 fix-xahar mingħand il-kumpanija 17 Black. Joseph Muscat għandu quddiemu għala ara li jew jiddefendi lil Malta u jieħu d-deijoni li missu ilu li ħa jew inkella se jibqa’ jiddefendi li-ewpersuni l-aktar qrib tiegħu. Ir-reputazzjoni ta’ pajjina ma tistax tibqa’ ssirilha l-ħsara u għalhekk l-Oppoizzjoni mhix se toqgħod kwieta jekk il- Prim Ministru se jibqa’ ma jagħmel xejn.

Adrian Delia

Kap tal-Oppoizzjoni u Kelliem għall-ustizzja u l-Governanza Tajba

10.11.2018