ŻOMM AĠĠORNAT:

 

Peter Agius

Peter_Agius_official.jpg

Peter Agius twieled iż-Żejtun u joqgħod Ħ’Attard (u Brussell). Kien l-ewwel Malti li daħal jaħdem mal-istituzzjonijiet Ewropej, l-ewwel bħala avukat u wara fuq negozjati tal-liġijiet Ewropej f’ diversi oqsma inkluż il-farmaċewtika, gaming u servizzi. Ħadem ma’ ministri u MEPs minn madwar 20 pajjiż differenti. Fl-2012 ġie maħtur Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta. Fl-2017 intalab mill-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, biex jingħaqad mat-tim tiegħu ġo Brussell.

Peter Agius jillekċerja dwar il-liġi Ewropea f’universitajiet barranin kif ukoll f’Malta. Ipprepara bit-taħriġ il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Ministri, u kiteb diversi artikli u kotba f’dawn l-aħħar 11-il sena. Iggradwa fil-liġi u l-liġi Ewropea mill-Universita’ ta’ Malta u mill-Universita’ ta’ Brussell.

Dilettant ħafna tal-ħut tal-akkwarju u tal-ġardinaġġ.

 Miżżewweġ lil Mariella u għandhom tliet subien, Achille, Tullio u Aurel.

   
   
 

Dione Borg

RUZ_6645.jpg

Dione Borg beda l-impenn politiku tiegħu fil-PN fl-1980 fl-MŻPN li fih ta l-kontribut tiegħu fil-Kumitat Eżekuttiv. Ilu mpjegat mal-media tal-PN għal dawn l-aħħar 25 sena bħala ġurnalist, u issa jokkupa l-kariga ta’ Editur Parlamentari. Dione Borg huwa l-awtur tal-ktieb ‘Liberta Mhedda’. Ipproduċa ukoll diversi dokumentarji politiċi, storiċi u kulturali, kif ukoll programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq Net TV. Matul iż-żmien, Dione Borg baqa’ attiv fil-PN permezz tal-ġurnaliżmu politiku.

Dione Borg hu ukoll Segretarju Ġenerali ta’ Floriana FC u Viċi-President tal-Premier Division Standing Committee. Għandu 54 sena, u għandu żewġt itfal Luke u Sera. 

   
   
 

Roselyn Borg Knight

Roselyn.jpg

Iggradwata bħala avukat u għandha aktar minn 15-il sena esperjenza tipprattika l-liġi kemm hawn Malta u anke fir-Renju Unit. Speċjaliżżata fil-liġi tal-impjieg, u taħdem għal rasha. Hi wkoll proprjetarja ta’ Akkademja u aġenzija tar-reklutaġġ, li tidderieġi flimkien mal-imsieħeb kummerċjali tagħha.

Fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 ikkuntestat fuq id-9 u l-10 distrett.

Ħadmet mill-qrib ma’ Kuntatt PN, Solidarjetà Ħaddiema PN u l-Forum għall-Intrapriżi Żgħar u Medji PN. Kienet tieħu ħsieb ir-revista tal-gazzetti fuq Radio 101, u f’Novembru tal-2017 ġiet eletta biex tirrapreżenta l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Kumitat Eżekuttiv, fejn ġiet eletta bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit. Roselyn hi omm ta’ tifel ta’ 4 snin, li jismu Edward.

   
   
 

Michael Briguglio

Michael_Briguglio_official.jpg

Michael Briguglio hu Senior Lecturer fis-Soċjoloġija fl-Università ta’ Malta, mużiċist stabbilit u Kunsillier Lokali f’Tas-Sliema - fejn ġie elett erba’ darbiet. Ilu 25 sena attiv fis-soċjetà ċivili f'Malta u kien l-organizzatur ewlieni tal-akbar protesta kontra l-korruzzjoni. Michael Briguglio kien attivist ewlieni f'bosta kampanji li rnexxew, fosthom il-kampanji għall-protezzjoni ta’ art pubblika, ta’ art agrikola u ta’ art ODZ, dik għad-dħul tad-divorzju, dik favur iż-żwieġ ugwali, favur l-istipendji u dik għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Michael Briguglio huwa ukoll missier ta’ żewġt itfal.

   
   
 

David Casa

David_Casa_official.jpg

David Casa twieled il-Belt Valletta u jgħix il-Gżira. Ilu jaħdem fix-xena politika minn mindu kellu 18-il sena meta ħadem ma’ Guido de Marco u Eddie Fenech Adami. Kien elett l-ewwel darba fil-Parlament Ewropew fl-2004, wara li waqqaf u mexxa l-kampanja tal-Moviment Iva li rat lil Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Fl-2019 sar l-ewwel Malti li mexxa u għadda direttiva ġdida fuq leave għall-ġenituri u carers li se tigi implimentata f’kull pajjiz Ewropew.

   
   
 

Michael Mercieca

Michael.jpg

Michael Mercieca twieled l-Isla fl-1964, għex diversi snin Wied il-Għajn u llum jgħix il-Kappara. Ħa l-edukazzjoni primarja u sekondarja tiegħu f’De La Salle u wara studja bħala Projects Manager fl-Università ta’ Reading fl-Ingilterra.

Ħadem b’suċċess fis-setturi tal-kostruzzjoni, manifattura, catering u anke vjaġġar u kien responsabbli għat-twettieq ta’ numru ta’ proġetti importanti fil-qasam tal-infrastruttura. Fost oħrajn, kien strumentali fit-tmexxija tal-proġett tat-tisbieħ tat-toroq bis-siġar u fjuri.

Michael ilu jimmilita fil-PN sa minn meta kellu 15-il sena meta kien fl-MŻPN u ħadem fid-diversi livelli u strutturi tal-Partit. Mexxa numru ta’ programmi politiċi fuq Radio 101 u Net TV u kien fundatur tal-Forum għall-Intrapriżi Żgħar u Medji. Michael kien ukoll membru fiż-żewġ Kummissjonijiet għar reviżjoni tal-Istatut.

Serva fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala u kien ukoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista f’elezzjonijiet ġenerali fuq it-tieni u t-tielet distrett.

   
   
 

Roberta Metsola

Roberta_Metsola_official.jpg

Roberta Metsola, avukat li speċjalizzat fil-liġi Ewropea. Hi kienet attiva f’diversi għaqdiet tal-istudenti u taż-żgħażagħ fosthom fl-SDM, l-MŻPN u fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Kienet ukoll Segretarju Ġenerali u Viċi President tal-European Democratic Union. Fl-2002 kienet magħżula bħala l-Viċi President tal-Konvenzjoni taż-żgħażagħ dwar il-futur tal-Ewropa. Bdiet l-attivita’ politika tagħha fil-PN bħala voluntiera fl-ELCOM fejn għenet f’livell organizzattiv u fuq livell politiku permezz tal-Uffiċċju Informazzjoni.

F’din l-ewwel leġiżlatura sħiħa fil-Parlament Ewropew, Roberta Metsola ġiet magħżula bħala Viċi Koorindatur tal-PPE fil-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u Viċi President tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Roberta Metsola ġiet inkarigata biex tfassal l-istrateġija tal-PPE dwar il-blockchain u biex tikteb il-liġi dwar is-sigurta’ tal-fruntieri.

Roberta miżżewwġa lil Ukko u għandhom erbat itfal.

   
   
 

Frank Psaila

Frank_Psaila_official.jpg

Twieled Ħal Luqa fl-14 ta’ Awwissu 1980. Frank iggradwa bħala Avukat, u kiseb żewġ Masters, wieħed fil-Management u l-ieħor fl-Ingliż. Jippreżenta l-programm Iswed fuq l-Abjad fuq NET TV.

Għandu 38 sena. Miżżewweġ lil Alessia Psaila Zammit, avukat u Sindku tas-Siġġiewi. Għandhom tifla, Emilia, ta' tliet snin. Joqogħdu s-Siġġiewi. Missieru, Pawlu, mastrudaxxa u ommu, Marthese, mara tad-dar. Għandu huh, Mark Anthony, tliet snin iżgħar minnu.

   
   
 

David Stellini

Stellini.jpg

David Stellini hu Membru tal-Parlament Malti, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Ewropej u l-Brexit, u l-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista. Qabel ma daħal fil-politika, David ħadem fi Brussell għal 10 snin bħala Kelliem mal-Grupp Parlamentari tal-Partit Popolari Ewropew. Fil-passat, David ħadem mal-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla tal-Ewro f'Malta li ħejja t-tranżizzjoni bla xkiel mil-Lira Maltija għall-munità Ewro.

David Stellini miżżewweġ u għandu żewġt itfal.

   
   
 

Francis Zammit Dimech

RUZ_6578.jpg

Francis Żammit Dimech ilu attiv fil-Partit Nazzjonalista għal aktar minn 35 sena. Kien fil-Parlament Nazzjonali għal 30 sena u serva bħala Ministru tat-Trasport u Kommunikazzjoni; l-Ambjent; Proġetti Kapitali; Turiżmu u l-Kultura, kif ukoll ta’ l-Affarijiet Barranin. Għal dawn l-aħħar sena u nofs Francis Zammit Dimech serva bħala Membru tal-Parlament Ewropew fejn ħadem fuq inizjattivi marbuta mas-saħħa bħall-ġlieda kontra l-kanċer, id-diabete u d-dyslexia. Barra minn hekk hu membru tal-Kumitat tal-Kultura u l-Edukazzjoni fl-istess Parlament Ewropew. Francis Żammit Dimech għandu 64 sena.