ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sfida lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill- Ministru Edward Scicluna sabiex minnufih u b’riposti ari, jgħidu liema kien il- correspondant bank li kellu bonn il-bank Pilatus sabiex dan seta’ jopera f’Malta. Adrian Delia għamel din l-isfida waqt intervista fuq Net Television fejn għamel ukoll numru ta’ mistoqsijiet oħra dwar il-bank Pilatus.

Dr Delia staqsa wkoll jekk il-bank Pilatus ippruvax jiftaħ kont mal-Bank of Valletta? U jekk hux veru li wara d-due diligence, l-kont ta’ Pilatus kienx irrifjutat? Staqsa wkoll jekk saritx pressjoni fuq xi ħaddiema biex il-kont jinfetaħ xorta u jekk din il-pressjoni saritx minn uffijal, politiku jew awtorità?.

Adrian Delia qal li dawn il-mistoqsijiet qed jagħmilhom f’isem il-poplu Malti u Għawdxi u kemm Joseph Muscat kif ukoll Edward Scicluna huma obbligati li jagħtu risposti cari għal dawn il-mistoqsijiet.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-Gvern huwa obbligat li jħares ir-reputazzjoni ta’ Malta għaliex hemm aktar minn 18,000 persuna li jaħdmu u jaqilgħu l-għajxien tagħhom mis- settur tas-servizzi finanzjarji.

Dr Delia tkellem ukoll fuq id-deijoni tal-Qorti dwar il-kata’ Strada Zekka u qal li l-Partit Nazzjonalista kuntent għaliex in-nies rebħu fuq interessi oħra. Huwa qal li għal darb’oħra l- Partit Nazzjonalista rea’ ngħata raun mill-Qorti.

Adrian Delia stieden lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jingħaqad miegħu fil-kakontra l-Vitals biex it-tliet sptarijiet San Luqa, Karen Grech u l-Isptar enerali ta’ Għawdex ukoll jingħataw lura lin-nies.

27.03.2018