ŻOMM AĠĠORNAT:

Huwa inaċċettabbli li l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna jitfa’ t-tort fuq l-għalliema għan-nuqqas ta’ pjan tal-Gvern biex jindirizza l-isfidi u d-diffikultajiet fis-settur tal- edukazzjoni. Waqt diskussjoni dwar il-budget fuq l-istazzjon nazzjonali, l-Ministru Scicluna implika li l-għalliema jaħtu għall-fatt li Malta qegħda l-aħħar fl-Ewropa f’dawk li huma studenti li ma jkomplux bl-istudji tagħhom wara l-iskola sekondarja.

Statistika dettaljata tal-Eurostat turi kif f’Malta hawn l-ogħla rata fl-Ewropa ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħribi 18.6%, li hija d-doppju tal-medja tal-Unjoni Ewropea ta’ 9.6%. Din hija wkoll ferm ‘il bogħod mill-mira Ewropea ta’ 10%.

Għal dawn ir-riultati negattivi ma jaħtux l-għalliema kif implika l-Ministru Edward Scicluna ida jaħti l-Gvern li m’għandux pjan għall-edukazzjoni, liema nuqqas ta’ pjan wassalna sabiex fi mien sitt snin ta’ Gvern Laburista, fl-edukazzjoni qegħdin naraw nuqqas ta’ investiment fl-edukazzjoni meta mqabbel mal-GDP.

Fil-budget, il-Gvern ma ressaq l-ebda pjan konkret biex jonqos in-numru tal-istudenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni. Minflok il-budget rea’ kkonferma li l-Gvern mhux lest li jkompli bl-investiment ta’ skola dida kull sena, kif kien isir minn Gvernijiet Nazzjonalisti u minflok jipproponi skola dida qiegħed jipposponi l-bini ta’ skejjel odda, filwaqt li jattakka l-professjonalità tal-għalliema bi kritika inusta u attentati fuq il-warrant tagħhom.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-għalliema li minkejja d-diffikultajiet kbar li qed isibu ma wiċċhom biex jaqdu l-vokazzjoni tagħhom, jinsabu impenjati li jkomplu jagħtu edukazzjoni u formazzjoni li-għaagħ tagħna. L-istudenti Maltin u Għawdxin jixirqilhom edukazzjoni aħjar li tagħtihom il-ħiliet li għandhom bonn biex jirnexxu fis-seklu 21 u mhux Gvern bla pjan għall-edukazzjoni.

Clyde Puli

Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni, Żvilupp Uman u Ħiliet għas-Seklu 21

24.10.2018