ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-konklujonijiet tal-inkjesta tal-Maistrat Aaron Bugeja bl-ebda mod ma tiskolpa lil Keith Schembri u Konrad Mizzi, n-nies l-aktar qrib tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li bil-fatti kellhom il-kumpaniji moħbija fil-Panama Hearnville u Tillgate. Dan mhux kif qiegħed jgħid il-Ministru Konrad Mizzi.

Filwaqt li jaċċetta r-riultat tal-inkjesta, għax għandu fiduja fl-istituzzjoni tal-Qorti, l-Partit Nazzjonalista jera’ jtenni li l-Prim Ministru Joseph Muscat jaf li għandu responsabbilità politika li ma arrx.

Issa li l-inkjesta tlestiet, in-nies qed jistennew il-verità kollha u għalhekk l-Avukat enerali għandu jippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta li saret mill-Maistrat Aaron Bugeja. Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ għaddej bil-lieda kontra l-korruzzjoni sakemm il-verità kollha toħro.

23.07.2018