ŻOMM AĠĠORNAT:

Nagħmlu minn pajjina mudell li jħares il-protezzjoni tat-tarbija fil-uf

Filwaqt li jirrispetta d-dritt għall-opinjoni tiegħu, l-Partit Nazzjonalista jinnota bi tħassib li l- Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa Nils Muižnieks qiegħed jinsisti sabiex f’pajjina jiddaħħal xi forma ta’ abort. Din il-pressjoni qed issir fuq pajjisovran u meta l-Gvern m’għandux il-mandat elettorali sabiex idaħħal l-abort f’pajjina, mhux lanqas għaliex 97% tal-Maltin huma kontra l-abort (kif irriulta minn stħarriippubblikat mill-MaltaToday.).

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li t-tarbija fil-uf m’għandhix tispiċċa bħal xi oġġett li tiddisponni minnha meta trid, għaliex it-tarbija fil-guf ma’ tistax tiddefendi ruħha u għalhekk għandna obbligu li nipprotegu d-drittijiet tagħha, spejalment id-dritt għall-ħajja. Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien u huwa favur il-ħarsien tal-ħajja umana mill-konepiment sal-mewt.

B’din il-materja tkun waħda li hemm kunsens wiesgħa fuqha f’pajjina, il-Gvern għandu jiffoka biex is-sojetà tagħna tkun tali li tirrispetta u tippromwovi d-drittijiet tat-tarbija. Il- Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex iħares il-ħajja u se jibqa’ jressaq proposti biex nagħmlu minn Malta mudell li jħares il-protezzjoni tat-tarbija fil-uf.

Claudio Grech

Kelliem tal-Oppoizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, Solidarjetà Sojali, Pensjonijiet u Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-uf

27.02.2018