ŻOMM AĠĠORNAT:

Nazzjon wieħed magħqud li jħares l-interessi tal-Maltin

“Jiena se nagħti l-enerija kollha tiegħi sabiex nigura li nħalli wirt dejjiemi għal uliedna u mhux nagħmel bħal Joseph Muscat li qal li se jagħmel għaxar snin u jitlaq. Għandi vijoni ta’ sojetà li jimpurtaha fejn nirnexxu lkoll flimkien.”, hekk qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia meta indirizza l-mass meeting tal-Indipendenza fuq il-Fosos tal-Floriana.

Dr Delia qal dan huwa Gvern li ma jimpurtahx u bla pjan b’mod spejali fl-immigrazzjoni. Huwa qal li Malta trid tibqa’ tħares l-obbligi internazzjonali biex insalvaw il-ħajja, ida dan m’għandux ifisser li Malta ġġorr il-piwaħedha. Adrian Delia qal li minkejja l-wegħdi qabel l-elezzjoni enerali, l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax jikkonvini l-pajjii l-oħra fl- Unjoni Ewropea għaliex il-Gvern qed jagħżel li ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni, u jib l-immigranti. Dan qed isir b’effett negattiv fuq bosta setturi bħall-pagi, l-prezzijiet, il-kirjiet, l-infrastruttura u s-sigurtà.

Adrian Delia qal li Joseph Muscat sar kalamita għall-immigrazzjoni għaliex il-Gvern minflok ifassal pjan fit-tul għall-immigrazzjoni, se jib 40,000 immigrant ieħor u se jibqa’ jaddotta l- politika ta-cheap labour. Huwa qal li l-konsulenta tal-Gvern dwar il-faqar Yana Mintoff, bint il-Prim Ministru Dom Mintoff, ikkonfermat li l-Gvern qed jibbaa l-ekonomija fuq il- pagi baxxi u x-xogħol prekarju. Dan meta n-nies qed ikomplu jaffaċċjaw idiet fil-prezzijiet fosthom fuq prodotti essenzjali bħall-ikel filwaqt li l-familji qed ikomplu jinsterqu bil-mod kif il-Gvern qed iħaddem is-sistema tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Adrian Delia rea’ wiegħed li Gvern Nazzjonalista did se jrodd lura l-flus ejda li n-nies ħallsu għall-kontijiet. Huwa qal li mhux se jippermetti li tinħoloq underclass dida fejn ikun hawn ittadini tal-ewwel klassi u ittadini oħrajn tat-tieni klassi, fejn ikun hawn nies jiu sfruttati fil-morsa ta-cheap labour.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern ma jimpurtahx li jinvesti fl-edukazzjoni u flok skola dida proposta qed ikollna skola posposta sena wara sena. Huwa qal li l-Gvern ma jimpurtahx mill-ambjent, mis-saħħa, s-saħħa mentali u l-housing tant li ma għamel l-ebda proett tal-housing sojali f’ħames snin. Dr Delia qal li l-Gvern ma jimpurtahx lanqas mill- governanza tajba għaliex filwaqt li -Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l- Ministru Konrad Mizzi kellhom strutturi ta’ kumpaniji fil-Panama l-Prim Ministru nefaq 1 miljun biex juri li m’għandux kumpanija bħal tagħhom.

Adrian Delia qal li għandu vijoni għal sojetà li jimpurtaha kontra s-soulless state li jrid il- Gvern. Din il-vijoni hija bbaata fuq pilastri li huma l-ħarsien tal-ħajja, għajxien dienti għal kulħadd, il-wens lid-dgħajfin, il-kwalità tal-ħajja u l-ħarsien tal-identità tagħna. Dr Delia qal li issa jmiss lilna sabiex flimkien naħdmu biex ikollna Gvern Nazzjonalista li minn stat indipendenti li ħallewlna missirijietna nagħmlu l-qaba għal sojetà li jimpurtaha.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvernijiet Nazzjonalisti għamlu minn Malta demokratiku b’saħħtu li jħares id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Huwa qal li Gvernijiet Nazzjonalisti ħallew f’Malta ekonomija b’saħħitha, edukazzjoni, saħħa u infrastruttura mill-aqwa ida fuq kollox pajjirispettat. Adrian Delia qal li mingħajr l- Indipendenza ma kienx ikun possibbli li jitwettqu l-vijoni ta’ Malta moderna, sovrana u Ewropea. Huwa rea’ tenna l-istedina tiegħu li l-Indipendenza għandha tkun il-Jum Nazzjonali ta’ Malta.

20.09.2018