ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-messaġġ tagħna fdin l-elezzjoni bikrija huwa li Malta ma tixraqiliex tmexxija li sserviet bil-Maltin u l-Għawdxin għall-gwadann personali. Il-Partit Nazzjonalista għandu għan wieħed, li jerġajagħti lura l-istabilità  u r-reputazzjoni tajba li dejjem kellna qabel ma Joseph Muscat ħammeġ isem pajjiżna. Għalhekk l-elezzjoni bikrija hija għażla bejn Joseph Muscat u Malta.

Jien konvint li erbat ijiem qabel l-elezzjoni, bosta jafu li dak li qed tgħid il-Forza Nazzjonali huwa loġiku, raġunat u s-sewwa. Jonqos biss li nissiġillaw it-twemmin tagħna, il-ħolma tagħna u l-aspirazzjoni tagħna. Ejjew nhar is-Sibt nagħtu lil pajjiżna futur aħjar billi ma nħallux iktar min jisserva bina.

Jgħidu x’jgħidu, il-Partit Nazzjonalista għandu proposti mill-aqwa biex is-sentiment ekonomiku li hawn ikompli jikber. Li se nagħmlu differenti mill-Gvern taMuscat hu li nonfqu l-ġid li qed inkattru bmod sew u mhux nagħtu l-ftit lill-ħafna u l-ħafna lill-ftit. Aħna ntrabatna li nkomplu u nsaħħu dak li hu tajjeb iżda hemm ħafna iktar affarijiet li waqajna lura fl-aħħar erbasnin u dawn se nerġgħu inqajmuhom fuq saqajhom. Fost dawn l-investiment serju fit-toroq tagħna, fejn fl-aħħar 4 snin ma sar xejn ħlief li issa għax ġejja l-elezzjoni qed jirranġaw Buġibba u l-Qawra. It-toroq li lestew jew qed jagħmlu huma kollha proġetti li bdew qabel l-2013 bħal Triq Il-Kosta u l-flyover tal-Kappara.

Aħna se nagħtu nifs lill-ambjent. Il-Partit Nazzjonali llum huwa verament il-partit tal-Ambjent. Se nieħdu l-aqwa żewġ deċiżjonijiet ambjentali li Joseph Muscat ma jafx, ma jridx u ma jistax joħodhom. Se nsalvaw iż-Żonqor u se nagħtu l-Whiterocks lin-nies u mhux lill-ispekulaturi.

Din hi Forza Nazzjonali tar-raġuni, tas-sewwa u tal-onestà. Issa jekk trid xinxilli biss, tberbiq taflus il-poplu bl-addoċċ u trid tgħid ħames snin oħra takorruzzjoni, allura agħżel lil Joseph Muscat. Iżda jekk trid Gvern li jiżgura li tgħix trankwill, tieħu li hu tiegħek bi dritt u li jkompli jżid l-opportunitajiet biex tgħix aħjar, allura għażla waħda għandek nhar is-Sibt. Agħmel bħali u Agħżel Malta.