ŻOMM AĠĠORNAT:

‘Matul is-snin il-Maltin irnexxilhom jagħmlu minn Malta entru tas-servizzi finanzjarji mill- aqwa, ida l-Gvern qed ikisser ir-reputazzjoni tajba li akkwistaw in-nies għal dan is-settur.’, hekk qal il-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia meta ltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ustizzja Věra Jourová.

Dr Delia qal li l-Gvern mhux qed jieħdu d-deijonijiet biex iħares ir-reputazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji. Huwa qal li s-sistema finanzjarja ta’ Malta hija waħda tajba ida l-Gvern ippermetta li jsir abbuminn ftit nies. Dan b’nuqqasijiet serji relatati bħalma huma it-twettiq tad-due diligence serju u l-lienzja li ngħatat lill-bank Pilatus biex ikun jista’ jaħdem minn Malta.

Adrian Delia qal l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti wkoll wasslet biex ittappnet ir-reputazzjoni ta’ Malta. Huwa qal li flok ew attirati lejn Malta investimenti ta’ veru, li joħolqu setturi ġodda, inħolqot skema ta’ bejgħ tal-passaporti li issa ħarefid-deher li bdiet toħloq il-problemi. Dr Delia qal li n-negozji qed joħolqu l-id ida l-Gvern qed joħloq il-faqar. Dan meta l-ekonomija qed tikber bil-popolazzjoni minflok bil-produzzjoni.

Il-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia tkellem mal-Kummissarju Jourová dwar l-immigrazzjoni irregolari. Huwa qal li filwaqt li għandna nibqgħu nħarsu l-obbligi internazzjonali li għandna bħala pajji, irridu naraw li l-interess nazzjonali jii l-ewwel. Dan b’ħarsien lejn kull sitwazzjoni umanitarja li tista’ tinħoloq. Dr Delia qal li l-immigrazzjoni irregolari hija problema tal-Ewropa kollha u l-Unjoni Ewropea trid taixxi biex Malta ma tispiċċax taffaċċja din il-problema waħedha.

Il-Kummissarju Ewropew Vra Jourová spjegat l-għan ta-jara li qed tagħmel f’Malta u qalet li ħadet sehem f’numru ta’ laqgħat sabiex tagħmel assessjar tas-settur tas-servizzi finanzjarji f’Malta u biex tara li ma jkunx hemm lok li jsir abbu. Hija qalet ukoll li riedet tara kif il-Gvern qed iħaddem l-iskema ta-ittadinanza. Il-Kummissarju Jourová tkellmet ukoll dwar is-saltna tad-dritt u l-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni u qalet li huwa inaċċettabbli li jkun hawn qtil ta’ urnalisti fl-Ewropa.

Għal din il-laqgħa mal-Jourová, il-Kap tal-Oppoizzjoni Adrian Delia kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici, il-Kelliem għall-Affarijiet Ewropej u l-Brexit David Stellini u l-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

15.06.2018