ŻOMM AĠĠORNAT:

Il-Kap tal-Oppozizzzjoni se jitlob il-Qorti tiddikjara null il-kuntratt mall-vitals

"Il-Partit Nazzjonalista se jiġġieled b'kull mezz biex dak li qed jittieħed b'qerq mingħand il- poplu jingħata lura b'mod sħiħ.", il-Kap tal-Oppopizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħabbar li għada filgħodu se jiftaħ kawa biex l-isptar San Luqa, l-isptar Karen Grech u l-Isptar enerali ta' Għawdex, li ngħataw lil Vital Global Healthcare, jingħataw lura lin-nies.

Waqt attività politika fil-Kain Nazzjonalista fi-ejtun, Dr Adrian Delia qal li l- Oppoizzjoni se titlob il-Qorti tiddikjara li l-kuntratt, li l-Gvern Laburista ffirma mis-sidien anonimi tal-Vital Global Healthcare ikun annullat. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li dan hu l-pass li jmiss wara li fid-29 ta' Jannar kien fetaħ protest udizzjarju fuq dan id-deal ħain bil-propjetà tal-poplu.

Dr Delia qal li l-Gvern m'għandux għal qalbu is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin għaliex filwaqt li sab il-miljuni biex jagħtihom lis-sidien tal-Vitals qed jixxaħħaħ mall-pazjenti b'nuqqas ta' saħħa mentali. Huwa sostna li l-Gvern Laburista abbanduna l-isptar Monte Karmeli u ma' ħalliehx aktar il-post li jagħti l-wens lill-persuni vulnerabbli. Minflok appunta CEOs mingħajr kwalifiki fis-saħħa mentali għaliex huma biss Sindki Laburisti. Adrian Delia qal li "mil-lum dawn il-persuni se jera' jkollhom leħen, li se jkun dak tal-Partit Nazzjonalista."

Il-Kap tal-Oppoizzjoni tkellem ukoll fuq l-estensjoni ta-ona Industrijali ta' Bulebel u kif il-Gvern Laburista jrid jeqred 120,000 metru kwadru ta' art. Sostna li Joseph Muscat iħossu 'l fuq mil-lii għax rebaħ l-elezzjoni u jrid jinjora lii li daħħal hu stess u ma jagħmilx studju fuq din l-art kif titlob l-istess lii. Qal li Joseph Muscat l-ewwel jiftiehem ma xi ħadd, imbagħad jgħid li għandna bonn lil min ikun innegozja mieghu u jbiddel il-lii biex jakkomoda ma’ min ikun ftiehem. Dr Delia staqsa fejn huwa dan l-istudju, lil min il-Gvern se jagħti l-art f'Bulebel u jekk sarux dià l-kuntratti. Adrain Delia qal li anke f'dan il-kail-Partit Nazzjonalista se jkun il-vui tan-nies u se jiddefendi biss l-interessi tal-komunità ta-Zejtun u l-ambjent Malti.

Adrian Delia fakkar kif i-wieten u -ejtun kienu minn ta' quddiemnett fil-lieda għad- demokrazija f'pajjina. Huwa qal ukoll li d-demokrazija irridu niġġieldu għalija kuljum u kif llum Malta iet ikklassifikata fl-agħar post li qatt konna f'indii ewlieni internazzjonali tad-demokrazija. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' jkun il-vui tan-nies.

18.02.2018