ŻOMM AĠĠORNAT:

32. Inressqu kull ftehim dwar kumpens bejn il-Gvern u terzi privati għall- iskrutinju tal-Parlament.

33. Nirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u nagħtu spjegazzjoni lill-Parlament f’każijiet fejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu aċċettati.

34. Nagħtu l-poter lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika biex jagħmel awditjar ta’ fondi pubbliċi allokati lil persuni privati u li jivverifika li dawn il-fondi jkunu ntefqu b’mod li jintlaħqu l-oġġettivi li għalihom ingħataw.

35. Insibu soluzzjoni aċċettabli għal inġustizzji li għadhom pendenti mis- snin sebgħin. Dawk li sofrew dawn l-inġustizzji jixirqilhom soluzzjoni bla aktar dewmien.