ŻOMM AĠĠORNAT:

27. Fl-interess tat-trasparenza, nippubblikaw il-kuntratti li jidħol fihom il-Gvern. F’dawk il-każijiet fejn ikun hemm bżonn li tinżamm is-segretezza u dawn ma jiġux ippubblikati għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku u sigurtà pubblika, nagħmlu l-arranġamenti meħtieġa għall-aċċess u l-għoti ta’ informazzjoni kunfidenzjali lill- Parlament u entitajiet oħra tal-Istat skont il-każ. Nistabbilixxu reġistru pubbliku għall-kuntratti pubbliċi li jinvolvu tranżazzjonijiet ta’ art, servizzi u konċessjonijiet.

28. Nibdlu l-Att dwar il-Libertà tal- Informazzjoni u nadottaw data policies biex ikollna iktar trasparenza, niżguraw li kull ċittadin ikollu dritt ta’ aċċess għal dokumenti uffiċjali tal-Gvern, u biex talbiet għal dan jiġu pproċessati mill-iktar fis possibli.

29. Niggarantixxu l-imparzjalità fix- xandir pubbliku billi niżguraw il- libertà tax-xandir pubbliku li jopera indipendentement mill-indħil politiku tal-Gvern tal-ġurnata, u nirrevedu l-kompożizzjoni tal-Awtorità tax- Xandir biex innaqqsu l-influwenza tal-partiti politiċi fuqha.

30. Ministri tal-Gvern jintrabtu li jirrispondu għall-mistoqsijiet tal-media fl-ispirtu tat-trasparenza. Ministri ma jitħallewx jużaw l-email privat tagħhom għal użu uffiċjali.

31. Ikun hemm kadastru diġitali li jidentifika l-propjetà kollha tal-Gvern ta’ Malta, u dan isir fi żmien tliet snin, u jkun jinkludi dettalji dwar titlu, drittijiet ta’ aċċess u użu, biex ikun hemm pjattaform trasparenti għall- aħħar dwar l-artijiet u l-propjetà li huma fid-dominju pubbliku. Il-kadastru jiġi estiż biex jinkludi l-propjetà privata fuq medda ta’ għaxar snin.