ŻOMM AĠĠORNAT:

43. Inżidu l-benefiċċju ta’ Child in Care b’€1,600 aktar kull sena fuq l-allowance li hemm bħalissa.

44. Nipprovdu servizz speċjalizzat ta’ foster care għal tfal li jkollhom bżonn ta’ livell għoli ta’ kura. Dan is-servizz jitħaddem flimkien ma’ djar residenzjali terapewtiċi biex noffru aktar stabilità lil dawn it-tfal, kenn u terapija meta jkollhom bżonnhom.

45. Nappoġġjaw it-twaqqif ta’ aġenziji mhux governattivi li joffru servizzi ta’ fostering.

46. Nintroduċu sistemi li bihom dawk il-foster carers li jieqfu minn xogħol bi dħul fiss biex jieħdu ħsieb tfal li huma fil-kura tagħhom, ikollhom il-kontribuzzjoni tagħhom imħallsa għal tliet snin, bħalma jiġri fil-każ ta’ ġenituri adottivi.

47. Niftħu uffiċċju one-stop-shop biex tinqata’ l-burokrazija li bħalissa qed toħloq problemi u spejjeż addizzjonali għall-Prospective Adoptive Parents.

48. Nagħmlu ftehimiet dwar l-adozzjoni ta’ tfal ma’ pajjiżi oħra u nsaħħu dawk li bħalissa huma fis-seħħ, filwaqt li nżommu relazzjoni tajba ma’ aġenziji privati li jaħdmu f’dan il-qasam.