ŻOMM AĠĠORNAT:

147. Niżguraw li fl-għoti taċ-ċittadinanza, tingħata prijorità mistħoqqa lil dawk li jkunu bona fide u lill-familji tagħhom li jkollhom rabta vera ma’ Malta. L-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jkunu kkunsidrati fil-pront. Niżguraw li s-sigurtà ta’ pajjiżna tibqa’ l-aktar prijorità importanti f’kull ħin.

148. Innaddfu l-Individual Investor Programme (IIP) li ġie abbużat u korrott mill-Gvern Laburista li tappan ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Għal dan il-għan, inwaqqfu grupp ta’ esperti, inklużi dawk li għandhom sehem f’dan il-qasam (stakeholders), biex ifasslu rakkomandazzjonijiet ħalli l-IIP jkun rivedut b’mod li niżguraw li jkun ibbażat b’aktar qawwa fuq l-investiment f’Malta u l-impenn għat-tul lejn pajjiżna.