ŻOMM AĠĠORNAT:

78. Nipprovdu b’xejn il-mediċini kollha ordnati mit-tabib lil dawk kollha li jgħixu biss bil-pensjoni.

79. Nipprovdu b’xejn 50 siegħa ta’ kura fix-xahar lill-anzjani li jgħixu f’darhom u li jkollhom kundizzjonijiet mediċi speċifiċi. Din il-kura tkun imsejsa fuq il-bżonnijiet speċjali tal-individwu u tinfirex minn għajnuna fid-dar għal nursing bażiku. Permezz ta’ din il-miżura, intejbu l-kwalità tal-ħajja tal- anzjani biex jibqgħu jgħixu f’darhom u fil-komunità tagħhom, filwaqt li ntaffu l-piż lill-membri tal-familja li jieħdu ħsiebhom.

80. Neżentaw lill-anzjani li jmorru jgħixu f’dar tal-anzjani mit-taxxa tal-capital gains f’każ li jbigħu d-dar fejn kienu jgħixu, anki wara 3 snin minn meta telqu.

81. Nagħtu assistenza lil aktar anzjani li jkunu jixtiequ jagħmlu xi xogħol f’darhom biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu fiha u fil-komunità tagħhom. Dan nagħmluh billi nżidu l-massimu tal-valur tal-assi biex jikkwalifikaw għall-iskema preżenti, minn €30,000 għal €40,000.

82. Ngħinu aktar lil min jieħu ħsieb anzjani f’daru. Għall-ulied jew qraba li jidħlu għar-responsabbiltà li jieħdu magħhom f’darhom il-ġenituri jew qraba anzjani, indaħħlu skemi ta’ inċentivi finanzjarji, miżuri family friendly u servizzi, inkluż biex ikunu jistgħu jagħmlu tibdil strutturali fid- dar, kmamar tal-banju adattati, chair lifts, sodod speċjalizzati u apparat ieħor meħtieġ.