ŻOMM AĠĠORNAT:

36. Inwaqqfu Ċentri tal-Familja, l-ewwel wieħed f’Birżebbuġa, biex inġibu s-servizzi lill-familja eqreb ta’ darek biex nipprovdu servizzi ta’ appoġġ u nixprunaw lill-familji, ġenituri, tfal, u anzjani kif ukoll lil dawk li ma jaħdmux. Dawn iċ-ċentri jkunu spazji għall-familji li jservu mhux biss bħala l-ewwel kenn kull meta jkun hemm bżonn ta’ appoġġ, imma wkoll jipprovdu spazji għal servizzi soċjali, inizjattivi edukattivi u ta’ taħriġ, u programmi ta’ saħħa.

37. Nikkonsultaw mal-imsieħba soċjali fl-MCESD sabiex inżidu l-leave tal-maternità minn 18 għal 22 ġimgħa, bl- erba’ ġimgħat miżjuda jiġu ssussidjati mill-Gvern, u ndaħħlu erba’ ġimgħat leave tal-paternità għax nemmnu li anke l-missier għandu jkun aktar preżenti fl-ewwel jiem tat-twelid ta’ wliedu. Malli jkun hemm ftehim mal- imsieħba soċjali, nintrabtu li ndaħħlu dawn il-proposti.

38. Is-sick leave ikun jista’ jintuża mhux biss meta timrad int, imma anke meta jimirdu t-tfal tiegħek. B’hekk tkun tista’ sserraħ rasek li jekk jinqala’ xi ħaġa lit-tfal int tkun hemm għalihom. Din il-miżura titwettaq f’diskussjoni ma’ min iħaddem sabiex jonqos l-abbuż mis-sick leave, tiżdied il-lealtà fl-impjieg u tinkoraġġixxi li min qed irabbi jibqa’ fid-dinja tax-xogħol.