ŻOMM AĠĠORNAT:

101. Inżommu l-inċentiv preżenti għall-first time buyers ta’ eżenzjoni mit-taxxa sal-valur ta’ €150,000. Għall-fini ta’ din l-iskema, min ikollu diġà propjetà mhix residenzjali jew kummerċjali fuq ismu (eż. qabar, garaxx, eċċ.) inqisuh ukoll bħala first time buyer.

102. Indaħħlu skema ta’ sussidju jew kreditu ta’ taxxa fuq l-interessi ta’ self fuq id-dar. B’hekk, il-Gvern jgħin lill-koppji fuq l-interessi li jħallsu fuq il-loan tal-ewwel dar tagħhom permezz ta’ sussidju dirett jew tnaqqis ta’ taxxa fil-forma ta’ tax credit ibbażat fuq id-dħul tagħhom.

103. Nifirxu dawn iż-żewġ skemi biex japplikaw ukoll għal persuni li jkunu għadhom kif isseparaw jew iddivorzjaw u li jkollhom bżonn jixtru propjetà fejn joqogħdu.

104. Inneħħu t-taxxa fuq it-trasferiment mal-wirt ta’ propjetà mill-ġenituri għat-tfal tagħhom anke f’każ meta l-propjetà ma kinetx ir-residenza prinċipali tal-ġenituri.

105. Nirrevedu l-liġijiet preżenti dwar iċ-ċens u l-bejgħ b’subbasta tal-propjetà bil-ħsieb li niċċaraw ir-rata ta’ kapitalizzazzjoni u nissimplifikaw il-fidi taċ-ċnus.