ŻOMM AĠĠORNAT:

93. Inniedu programm ta’ bini ta’ appartamenti ġodda tal-Gvern għall- familji u koppji żgħażagħ li d-dħul tagħhom ma jippermettilhomx li jikru jew jixtru mis-suq privat. Ninvolvu lis-settur privat f’dawn il-proġetti, anke permezz ta’ Private Public Partnerships.

94. Inreġġgħu lura ż-żieda antisoċjali li għamel il-Gvern preżenti fil-kirjiet tal-housing soċjali, għax din hi taxxa fuq il-faqar. Mhux talli nneħħuha, talli nroddu lura ż-żieda kollha li dawn il-familji ġew imġegħlin iħallsu matul din il-legiżlatura.

95. L-Awtorità tad-Djar terġa’ tibda tikri mingħand il-privat sabiex tkun tista’ tagħti b’sussidju akkomodazzjoni soċjali lil min ikollu bżonnha.

96. Neżentaw mill-income tax fuq il-kera lil sidien li jkunu krew jew se jikru, lil min ikun fuq il-lista jistenna housing bil-kundizzjoni li l-kera tiġi ffissata fuq perjodu ta’ żmien ta’ għaxar snin.

97. Nirrevedu l-iskema tas-sussidju tal- kera biex aktar persuni jibbenefikaw minn sussidju ħalli jkunu jistgħu jlaħħqu mal-prezzijiet tal-kirjiet li hemm illum.

98. Nistudjaw is-sitwazzjoni li qegħdin fiha xi nies, b’mod speċjali anzjani, li minħabba deċiżjonijiet riċenti tal- Qorti Kostituzzjonali, jinsabu f’riskju li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, sabiex noħorġu b’soluzzjoniiet ħalli nirriżolvu din is-sitwazzjoni.

99. Ngħinu lill-għaqdiet li jipprovdu servizzi lil persuni bla dar. Dan nagħmluh permezz ta’ għajnuna finanzjarja, sussidji, tnaqqis fil- kontijiet tad-dawl u l-ilma, u billi nżidu s-servizzi ta’ ħaddiema soċjali u komunitarji.

100. Nirriżervaw il-profitti magħmula mill- Awtorità tal-Artijiet biex jintużaw biss ħalli jitħallas min itteħditlu l-art fil- passat u għadu sal-lum ma ngħatax kumpens. B’hekk issir ġustizzja ma’ dawk li ilhom jistennew ħalli jitħallsu għall-propjetà tagħhom li ttieħdet mill-Gvern matul is-snin.