ŻOMM AĠĠORNAT:

134. Intejbu l-programmi edukattivi ġa eżisteni għax nemmnu li r-riabilitazzjoni għandha tkun prijorità.

135. Intejbu u nappoġġjaw is-sistema ta’ parole biex niżguraw li r-residenti li jikkwalifikaw għall-parole ikollhom l-applikazzjoni tagħhom mismugħa mingħajr dewmien.

136. Niżguraw titjib sostanzjali fl-ikel u fil- livell tal-iġjene fil-Faċilità Korrettiva, filwaqt li niżguraw li l-prezzijiet fil- ħanut tal-Faċilità jkunu ġusti.

137. Nagħmlu ħidma qawwija kontra l-abbuż ta’ sustanzi illegali fil- faċilitajiet korrettivi.

138. Nagħrfu u nappoġġjaw l-għaqdiet volontarji li jaħdmu fir-riabilitazzjoni f’dan il-qasam, u nassistu u nappoġġjaw il-familji tar-residenti fil- faċilitajiet korrettivi.

139. Intejbu d-diviżjonijiet speċjali fil- faċilitajiet korrettivi u naraw li jissodisfaw il-bżonnijiet tar-residenti LGBTIQ.

140. Inżidu n-numru ta’ Probation Officers u nindirizzaw in-nuqqasijiet fil- kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.