ŻOMM AĠĠORNAT:

106. Nisħqu li l-Gwardjani Lokali jiddaħħlu mal-gvern għaliex ix-xogħol taż- żamma tal-ordni għandu jkun f’idejn il-Gvern.

107. Indaħħlu sistema fejn persuna li tingħata kull tip ta’ ċitazzjoni, ikollha l-multa sospiża għal 6 xhur. Dan ifisser li, jekk persuna ma teħilx it-tieni ċitazzjoni fi żmien 6 xhur, l-ewwel ċitazzjoni ma titħallasx. Dan nagħmluh biex verament ikollna sistema ta’ edukazzjoni u mhux magna tal-flus miċ-ċitazzjonijiet.

108. Inniedu mill-ġdid il-Fond Speċjali biex nagħtu spinta lill-Kunsilli Lokali ħalli jorganizzaw attivitajiet kulturali kif ukoll jgħinu fir-restawr ta’ siti storiċi.

109. Nintroduċu programm għall-Belt Kapitali tal-Kultura fil-lokalitajiet.

110. Inżidu sostanzjalment il-baġit għall-bini u l-manutenzjoni ta’ toroq residenzjali u ngħinu lill-Kunsilli Lokali jindirizzaw l-istat diżastruż tat-toroq fil-lokalitajiet.

111. Inżidu l-finanzi tal-Kunsilli Lokali billi persentaġġ mill-ħlas li jsir għal-liċenzji tal-karozzi u ta’ vetturi oħrajn jinżamm mill-Kunsilli Lokali.

112. Inniedu pjattaforma diġitali ta’ eDemocracy biex nagħtu d-dritt lil kulħadd jipproponi ideat u jagħti prijorità lill-proġetti li jkun jixtieq fil- lokalità tiegħu.