ŻOMM AĠĠORNAT:

131. Niżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-Uffiċjali Korrettivi kollha, inkluż li ndaħħlu ġimgħa ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa, bis-sigħat żejda maħdumin jitħallsu bir-rata tas-sahra.

132. Indaħħlu aġġustament fil-kalkolu tal- għoli tal-ħajja lill-Uffiċjali Korrettivi rtirati kollha li jirċievu pensjoni tas- servizz.

133. Nindirizzaw l-inġustizzji li sofrew l-Uffiċjali Korrettivi biex niżguraw il-meritokrazija u nneħħu d-diskriminazzjoni bejniethom.