ŻOMM AĠĠORNAT:

141. Nipprovdu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja għal dawk li qegħdin fis-servizz, irġiel u nisa, billi nistabbilixxu ġimgħa tax-xogħol ta’ 40 siegħa.

142. Nagħtu rifużjoni ta’ taxxa sa €300 fis-sena lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta biex nissussidjaw sħubija u użu ta’ faċilitajiet ta’ sport u gyms. Nintroduċu Forces Travel Card biex nagħtu trasport pubbliku b’xejn lill-membri tal-Forzi Armati. Nintroduċu sigħat imnaqqsa ta’ xogħol, il-possibiltà ta’ xogħol part- time, kif ukoll ħinijiet tax-xogħol flessibbli meta l-esiġenzi tax-xogħol jippermettu.

143. Inwaqqfu Bord għall-Investigazzjoni tal-Ilmenti biex jistħarreġ u jagħti rimedju xieraq għall-ilmenti mressqa. Niżguraw li ssir ġustizzja ma’ kull min għadu fis-servizz kif ukoll ma’ dawk li rtiraw mill-Forzi Armati.

144. Nintroduċu aġġustament għall-għoli tal-ħajja lill-membri rtirati kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta li jirċievu pensjoni tas-servizz.

145. Nagħtu rikonoxximent għall-impenn ’il fuq mis-servizz rikjest minnhom lill-membri nisa u rġiel tal-Forzi Armati li volontarjament servew f’operazzjonijiet militari barra minn Malta. Nikkunsidraw ukoll kull xahar komplut fis-servizz barra minn Malta bħala xahrejn fil-kalkolu tas-servizz għall-għoti tal-pensjoni.

146. Nintegraw b’mod sħiħ lill-Voluntiera Riżervi fi ħdan il-korp prinċipali tal- Forzi Armati. Hu l-għan tagħna li nkabbru l-Volunteer Reserve Force biex l-Armata tgawdi l-ħiliet estensivi li dawn ir-riżervi jista’ jkollhom. Il- Volunteer Reserves Force tkun tista’ sservi f’għadd ta’ operazzjonijiet militari, kemm lokali kif ukoll barra. Nużaw ukoll il-qafas tal-Volunteer Reserve Force biex indaħħlu l-esperjenza ta’ nies bi kwalifiċi professjonali bħal avukati, periti, inġiniera, tobba u oħrajn.