ŻOMM AĠĠORNAT:

39. Nestendu s-servizz ta’ childcare b’xejn għal kull tifel u tifla u mhux biss meta l-ġenituri joħorġu jaħdmu, kif inhi ċ-childcare illum. Din hi miżura soċjali, edukattiva u ta’ żvilupp bikri tat-tfal li għandha tgħin ukoll familji fl-aktar sitwazzjonijiet dgħajfin.

40. Inżidu c-children’s allowance minn €450 għal €550 għal kull tifel u tifla. F’każ ta’ familji b’paga minima, ic- children’s allowance titla’ b’€200 għal kull tifel u tifla.

41. Nipprovdu servizzi bażiċi ta’ kura tas-saħħa f’kull skola lil dawk it-tfal li jkollhom bżonn attenzjoni medika ħalli din tingħatalhom b’mod immedjat.

42. Nintroduċu miżuri radikali li għandhom iwasslu biex inbiddlu l-mentalità għal stil ta’ ħajja aktar f’saħħitha u attiva, billi nibdew mill-iskejjel fejn l-ikel għandu jkun bnin, kif ukoll billi tiżdied u titjieb l-edukazzjoni fiżika.