ŻOMM AĠĠORNAT:

127. Niżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-membri kollha tal- Protezzjoni Ċivili, inkluż billi ndaħħlu ġimgħa ta’ 40 siegħa, u fil-każ li jaħdmu sigħat extra, dawn jitħallsu bir-rata tas-sahra.

128. Nintroduċu aġġustament fil-kalkolu tal-għoli tal-ħajja lill-membri rtirati kollha tal-Protezzjoni Ċivili li jieħdu pensjoni tas-servizz.

129. Ninvestu f’apparat, makkinarju, għodda u karozzi moderni biex niżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aktar sikuri u Dipartment tal- Protezzjoni Ċivili aktar effiċjenti.

130. Nindirizzaw l-inġustizzji li sofrew membri tad-Dipartiment biex niżguraw il-meritokrazija u nneħħu d-diskriminazzjoni bejn il-membri.