ŻOMM AĠĠORNAT:

74. Nagħmlu ġustizzja fil-benefiċċji soċjali ma’ min mhux miżżewweġ. Għalhekk, inneħħu d-differenza li għadha teżisti fil-benefiċċji soċjali li jingħataw lil persuna mhux miżżewġa meta mqabbla ma’ persuna miżżewġa minkejja li jkunu ħallsu l-istess ammont ta’ bolol. B’hekk, min mhux miżżewweġ jibda jieħu l-istess beneċċji għall-mard jew għall-qgħad bħall- ħaddiema miżżewġin.

75. Nagħtu lil dawk fil-bżonn iż-żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja. Min qiegħed fuq l-assistenza soċjali (ir-relief) jaqa’ f’riskju ta’ faqar u għalhekk nibdew nagħtuh iż-żieda sħiħa għall-għoli tal- ħajja.

76. Intejbu l-pensjoni ta’ dawk li, minħabba mard serju, jieħdu l-pensjoni għall-invalidità. Din il-pensjoni nibdew ukoll nagħtuha sħiħa lil dawk li mhumiex miżżewġin, bl-istess rata tal-miżżewġin abbażi tal-istess ħlas ta’ bolol.

77. Nagħtu ċ-ċans lill-ħaddiema part-time li mhumiex ukoll f’impjieg full-time li jkunu jistgħu jħallsu l-bolla fuq ġimgħa xogħol ta’ 40 siegħa anke jekk dawn ikunu ġejjin minn aktar minn impjieg wieħed part-time.