ŻOMM AĠĠORNAT:

49. Nibnu fuq kull titjib li sar fid-drittijiet LGBTIQ f’dawn l-aħħar snin u nressqu liġi għall-introduzzjoni ta’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

50. Insaħħu aktar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u nagħmlu pjan nazzjonali ġdid ta’ azzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li jara wkoll li tiġi indirizzata d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel.

51. Immexxu bl-eżempju u għalhekk nintrabtu li l-Gvern iżid sostanzjalment il-possibilità ta’ teleworking.

52. Niżguraw li mill-anqas nofs il-membri maħtura fil-bordijiet pubbliċi kollha jkunu nisa. Gvern ġdid iħeġġeġ lis- settur privat jagħmel l-istess kemm fil-possibilità ta’ teleworking kif ukoll fil-ħatriet fil-bordijiet.

53. Neżentaw lis-single parents mill- ħlasijiet tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà nazzjonali għall-ewwel sena tal- impjieg tagħhom, jew matul il-perjodu ta’ taħriġ, sabiex ninkoraġġuhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol, tat-taħriġ jew tal-istudju.