ŻOMM AĠĠORNAT:

MIRI EWLENIN

149. Nintrabtu li noħolqu 30,000 impjieg ta’ kwalità fis-settur privat u naraw li d-dħul medjan fl-industrija jiżdied bejn 25% u 30% tul il-leġiżlatura ta’ ħames snin biex nindirizzaw ukoll il-problema tal-pagi baxxi u l-prekarjat.

150. Fil-finanzi tal-Gvern, il-mira li jmiss hi li nżommuhom fi stat sostenibbli dejjem u bla ebda eċċezzjoni. Nibdew innaqqsu b’mod reali d-dejn nazzjonali biex b’hekk jitnaqqas ukoll il-piż tal-interessi. Indaħħlu fil-Kostituzzjoni l-obbligu li l-baġit jimxi skont l-esiġenzi tal-Pakkett tal-Istabilità u Tkabbir tal-Unjoni Ewropea, biex b’hekk kull Gvern fil-futur ikun marbut bl-obbligu li jżomm il-finanzi tal-pajjiż fis-sod.