ŻOMM AĠĠORNAT:

NOĦOLQU SETTURI EKONOMIĊI ĠODDA


164. FinTech: nagħmlu lil Malta leader fir-reġjun għas-settur tal-FinTech, settur li joħloq sinerġija bejn is- settur tas-servizzi finanzjarji u dak tal-informatika. Naħdmu mal- istakeholders biex noħolqu l-aħjar klima u qafas regolatorju biex dan isir, u nwaqqfu FinTech Mobilisation Fund ta’ €200M biex nissapportjaw lis-settur.


165. Digital Media: inwaqqfu International Digital Media Cluster biex ikollna ċentru li jattira l-investiment, l-innovazzjoni u l-aqwa talent fis- settur tad-digital content, media u creative design.

166. Sport: niffukaw fuq l-isport bħala settur mhux biss soċjali imma settur ekonomiku importanti fl-ekonomija tagħna li jġib flimkien l-attivitajiet sportivi, it-turiżmu, l-edukazzjoni,l-isports medicine, ir-riabilitazzjoni,il-liġi dwar l-isport, marketing, media rights u support services. Noħolqu Seed Fund biex inħajru lis-settur privat jinvesti b’aktar saħħa f’danis-settur u naħdmu id f’id mal-assoċjazzjonijiet sportivi u l-clubs biex narawhom jikbru f’operaturi ekonomiċi.

167. Intrapriża soċjali: nibnu settur ta’ intrapriża soċjali u nistabbilixxu lil Malta bħala ċentru internazzjonali li jattira headquarters ta’ charities, għaqdiet u NGOs internazzjonali. Biex nagħmlu dan, inwaqqfu Social Enterprise Fund ta’ €50M biex jgħin seed investment fi proġetti ġodda. Nagħtu spinta permezz ta’ inċentivi lill-koperattivi biex insaħħu dan il-qasam li jista’ jkollu effett qawwi ħalli mill-ekonomija jgawdi tassew kull min jaħdem fiha.

168. Internet of Things: noħolqu f’pajjiżna ambjent urban fil-bliet u l-irħula tagħna li jisfrutta dak li jissejjaħ l-Internet of Things, fejn oġġetti li nużaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħna jkunu mqabbdin mal-internet u jkunu jistgħu jirċievu u jibagħtu informazzjoni b’mod li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna. Irridu nattiraw l-aqwa players, innovaturi u start-ups biex niżviluppaw dan is-settur ġdid, innovattiv u eċċitanti. Irridu naraw li aktar minn qatt qabel, l-IoT, it-teknoloġija fuq il-mobile, il-cloud applications, it-teknoloġija
tad-drones, it-3D printing u d-data analytics isiru parti mis-suċċess ekonomiku ta’ pajjiżna.

169. Blockchain u crowdfunding: infasslu qafas regolatorju dinamiku f’oqsma ġodda fjamanti, bħall-blockchain u crowdfunding, u nesploraw ukoll, permezz ta’ riċerka, oqsma oħra bħal robotics, biotech, genomics u cybersecurity.