ŻOMM AĠĠORNAT:

IL-BDIEWA, IR-RAĦĦALA U S-SAJJIEDA: KONTRIBUTURI AMBJENTALI


292. Naħtru Ministru responsabbli mill-Biedja u s-Sajd. Il-Ministeru jopera direttament miċ-Ċentru tar-Riċerka fl-Għammieri, bil-preżenza ta’ uffiċċju f’Marsaxlokk biex jintlaħaq faċilment mis-sajjieda. Ukoll, ikun hemm uffiċċju Għawdex biex jintlaħaq mill- bdiewa, mir-raħħala u mis-sajjieda Għawdxin.


293. Indaħħlu helpline biex il-bdiewa, ir-raħħala u s-sajjieda jkollhom linja diretta mal-esperti f’diversi oqsma relatati ma’ dawn is-setturi, anki dwar il-politika nazzjonali dwar l-agrikultura, u r-riformi u r-regolamenti li jkunu se jaffettwaw lis-settur, kemm nazzjonali kif ukoll Ewropej.

294. Nagħtu konsulenza bħala għajnuna lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda kif jimlew il-formoli għall-ksib tal-fondi mill-UE.

295. Ngħinu lill-bdiewa u lir-raħħala jiddiversifikaw u jsiru aktar kompetittivi. Fl-istess ħin, jingħata aktar valur lill-prodott Malti.