ŻOMM AĠĠORNAT:

INĦARSU L-ANNIMALI


313. Inqawwu l-liġi u l-awtoritajiet fis- settur billi nżidulhom ir-riżorsi, anki r-riżorsi umani. Intejbu l-p arteċipazzjoni tal-pubbliku u nżidu l-infurzar tal-multi fil-każijiet fejn ikun hemm abbuż fuq l-annimali. Ukoll, intejbu s-servizz ta’ emerġenza.

314. Noħolqu Kunsill Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Annimali bil- parteċipazzjoni tal-esperti fil- qasam u wkoll bl-għajnuna tar-
rappreżentanti tal-NGOs. Il-Kunsill ikun jista’ jippromwovi d-drittijiet tal-annimali, il-liġijiet favurihom, u l-interess tagħhom fis-sistema legali tagħna.

315. Indaħħlu skemi biex jitnaqqas in- numru ta’ annimali jiġru barra. Ukoll, inżidu l-iskemi tat-tiswija tal-annimali, waqt li nagħmlu ċ-ċippa mandatorja.

316. Nipprovdu l-assistenza lis-santwarji tal-annimali, l-aktar fil-każ ta’ dawk li jkunu se jagħlqu, u nżidu r-riżorsi tal-linja 1718 li tieħu ħsieb tiġbor l-annimali mejtin mit-toroq. Intejbu l-kundizzjonijiet tax-Xelter għall- Ħarsien tal-Annimali.

317. Nibnu ċimiterju tal-annimali u wkoll krematorju, u nassiguraw li dawn jaqdu l-bżonnijiet tal-annimali kollha.

318. Nipprojbixxu l-użu tal-kullari elettriċi (shock collars) u jkun illegali li wieħed iżomm kelb marbut biċ-ċinga l-ħin kollu.

319. Naħdmu biex neliminaw mis-suq lokali l-veleni u l-pestiċidi li jagħmlu ħsara lill-annimali u nibdluhom b’alternattivi li mhumiex velenużi u perikolużi.

320. Indaħħlu liġijiet aktar stretti dwar l-annimali eżotiċi li jinżammu f’Malta, u jsiru żjarat għal għarrieda bil- veterinarju fuq il-post.

321. Naħdmu fuq kampanja edukattiva nazzjonali immirata għall-etajiet u s-setturi kollha tas-soċjetà biex inkabbru l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali. Norganizzaw sessjonijiet ta’ informazzjoni fil-lokalitajiet dwar kif l-annimali jistgħu jgħinu għal skop ta’ terapija fl-iskejjel, fl-isptarijiet, fid-djar għall-anzjani u fil-faċilitajiet korrettivi, kif ukoll dwar kif jistgħu jitjiebu l-faċilitajiet għas-servizzi tal-guide dogs.