ŻOMM AĠĠORNAT:

INTEJBU L-KWALITA` AMBJENTALI TAŻ-ŻONI URBANI

253. Infasslu Politika Nazzjonali għall- Arkitettura li trawwem apprezzament aħjar tal-wirt arkitettoniku li għandna u li tippromovi l-iżvilupp sostenibbli. Nistabbilixxu sistema volontarja mibnija fuq il-kwalità għar-reviżjoni tad-disinn fi ħdan iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Arkitettura u l-Ambjent Mibni.

254. Infasslu Politika Nazzjonali dwar l-iSkyline, wara konsultazzjoni ma’ dawk interessati, u nirrevedu l-politika kurrenti dwar l-għoli tal-bini, għax nemmnu li l-iskyline hu parti mill-wirt komuni tagħna u għalhekk irid ikun imħares.

255. Innaqqsu t-taxxa fuq il-qligħ kapitali għal 5% fuq bini li jkun iċċertifikat bħala Near Zero-Energy Building, u f’dawk il-lokalitajiet li għandhom bżonn ikunu riġenerati bħall-Marsa, il-Ħamrun, il-Qawra u Buġibba. Barra minn dan, innaqqsu wkoll it-taxxa tad-dħul fuq il-kirjiet f’dawn l-inħawi minn 15% għal 10%.

256. Nistabbilixxu persentaġġ partikulari mill-VAT miġbur mill-kummerċ f’lokalità u nallokawh għat-titjib fl- infrastruttura pubblika f’dik il-lokalità stess.