ŻOMM AĠĠORNAT:

IS-SAJD

307. Nibdew minnufih il-proġett tal-bini ta’ breakwater, kemm fil-Ponta tal-Qrejten kif ukoll fin-naħa ta’ Delimara, biex dawn ikunu jistgħu jilqgħu għall-ħtiġijet tas-sajjieda.

308. Naħdmu mal-Koperattivi tas-Sajd biex l-ispazju fil-Pixkerija jkun adattat għall-ipproċessar tal-ħut. B’hekk, dan is-settur isir aktar kompetittiv fis- swieq lokali u internazzjonali.

309. Nagħmlu ċensiment serju tas-sajjieda li jqis id-diversi fatturi, fosthom il- mestier differenti tas-sajjieda, biex tkun tista’ tingħata għajnuna effettiva lill-komunitajiet tas-sajd.

310. Il-kwoti jibqgħu jiġu ttrasferiti mal-opri tal-baħar, iżda jinħoloq
inċentiv fejn is-sajjieda l-ġodda li ma għandhomx opra tal-baħar, liċenzja jew kwota, ikunu megħjuna biex jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom.

311. Nagħmlu l-investiment meħtieġ biex nimmodernizzaw il-Hardstanding Facility ħalli jkunu jistgħu jgawdu minnha s-sajjieda kollha mingħajr spejjeż żejda.

312. Nagħmlu l-manutenzjoni u l-organizzazzjoni tal-iskalini għall-opri tal-baħar.